L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Awwissu

It-Tmintax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 55, 1-3
Salm: 144 (145), 8-9.15-16.17-18
It-Tieni Qari: Rum 8, 35.37-39

L-Evanġelju: Mt 14, 13-21

F’dak iż-żmien, meta sama’ l-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejqilhom il-morda tagħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 26, 11-16.24
Salm: 68 (69), 15-16.30-31.33-34

L-Evanġelju: Mt 14, 1-12

F’dak iż-żmien, Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!”. Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha!”. Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh bi profeta… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 26, 1-9
Salm: 68 (69), 5.8-10.14

L-Evanġelju: Mt 13, 54-58

F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa tal-għaġeb? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 18, 1-6
Salm: 145 (146), 2abċ.2d-4.5-6

L-Evanġelju: Mt 13, 47-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin.

Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 7-16
Salm: 33, 2-11

L-Evanġelju: Lq 10, 38-42

F’dak iż-żmien: Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed ighid.

Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, mintix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 14, 17-22
Salm: 78 (79), 8.9.11 u 13

L-Evanġelju: Mt 13, 36-43

F’dak iż-żmien, Ġesù ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa”.

U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-Ħażin, u l-għadu li żeragħha huwa x-Xitan… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 13, 1-11
Salm: Dewt 32, 18-19.20.21

L-Evanġelju: Mt 13, 31-35

F’dak iż-żmien, Ġesù ġab lill-folla parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu jbejtu fil-friegħi tagħha”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Lulju

Is-Sbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 3, 5.7-12
Salm: 118 (119), 57.72.76-77.127-128.129-130
It-Tieni Qari: Rum 8, 28-30

L-Evanġelju: Mt 13, 44-52

F’dak iż-żmien Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Lulju

Sant Ġakbu, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 4, 7-15
Salm: 125, 1-6

L-Evanġelju: Mt 20, 20-28

F’dak iż-żmien: Resqet fuq Ġesù omm ulied Żebedew, flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi weġbitu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.”

Imma Ġesù wieġeb u qal: “Ma tafux x’intom titolbu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 3, 14-17
Salm: Ġer 31, 10.11-12ab.13

L-Evanġelju: Mt 13, 18-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mela isimgħuha intom il-parabbola ta’ dak li ħareġ jiżra’. Kull min jisma’ l-kelma tas-Saltna u ma jifhimhiex, jersaq il-Ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera’ f’qalbu: dan huwa dak li nżera’ mal-mogħdija.

Dak li nżera’ f’art kollha blat huwa dak li jisma’ l-Kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ, imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum; imbagħad jiġi fuqu l-għawġ, jew isib min iħabbtu minħabba l-Kelma, u malajr jitfixkel… Kompli aqra »