L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Lulju

Santa Briġida tal-Iżvezja, Reliġjuża u Patruna tal-Ewropa – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 2, 19-20
Salm: 33, 2-11

L-Evanġelju: Ġw 15, 1-8

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott hu jneħħiha; u kull waħda li tagħmel frott inaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba fil-kelma li għidtilkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Lulju

Santa Marija Maddalena – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għan 3, 1-4a
Salm: 62 , 2-6.8-9

L-Evanġelju: Ġw 20,1-2.11-18

Jien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.

Marjam baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli libsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn qabel kien hemm il-ġisem ta’ Ġesù… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mik 7, 14-15.18-20
Salm: 84 (85), 2-4.5-6.7-8

L-Evanġelju: Mt 12, 46-50

F’dak iż-żmien, kif Ġesù kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk”. Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?”. 

Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, araw, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mik 6, 1-4.6-8
Salm: 49 (50), 5-6.8-9.16bċ-17.21 u 23

L-Evanġelju: Mt 12, 38-42

F’dak iż-żmien, xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalu lil Ġesù: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek”. Iżda hu weġibhom: “Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f’żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba tal-art… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Lulju

Is-Sittax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 12, 13.16-19
Salm: 85 (86), 5-6.9-10.15-16a
It-Tieni Qari: Rum 8, 26-27

L-Evanġelju: Mt 13, 24-43

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies din il-parabbola: “Is-saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mik 2, 1-5
Salm: 9 (10), 22-23.24-25.28-29.35

L-Evanġelju: Mt 12, 14-21

F’dak iż-żmien, il-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra Ġesù, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal:

“Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart, l-għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 38, 1-6.21-22.7-8
Salm: Is 38, 10.11.12abċd.16

L-Evanġelju: Mt 12, 1-8

Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt”.

U hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Lulju

L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Slat 18, 42b-45a
Salm: 14, 1-4

L-Evanġelju: Ġw 19:25-27

F’dak iż-żmien: Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek.”

Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok”. U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 10, 5-7.13-16
Salm: 93 (94), 5-6.7-8.9-10.14-15

L-Evanġelju: Mt 11, 25-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.

Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 7, 1-9
Salm: 47 (48), 2-3a.3b-4.5-6.7-8

L-Evanġelju: Mt 11, 20-24

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies tal-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom… Kompli aqra »