L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Lulju

San Tumas, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ef 2: 19-22
Salm: 116, 1.2

L-Evanġelju: Ġw 20:24-29

Wieħed mit-Tnax, Tumas, imlaqqam it-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej”. Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer, jekk ma nqegħidx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jiena ma nemminx”.

Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa u Tumas kien magħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 7, 10-17
Salm: 18, 8.9.10.11

L-Evanġelju: Mt 9, 1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù tala’ f’dgħajsa, qasam il-baħar u baqa’ sejjer fil-belt tiegħu. U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: “Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura”. Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: “Dan qiegħed jidgħi”.

Ġesù għaraf x’kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: “Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f’qalbkom? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 5, 14-15.21-24
Salm: 49 (50), 7.8-9.10-11.12-13.16bċ-17

L-Evanġelju: Mt 8, 28-34

F’dak iż-żmien, Ġesù wasal ix-xatt l-ieħor, fil-pajjiż tal-Gadarin, u tnejn min-nies, maħkumin mix-xitan, ħarġu mill-oqbra u resqu fuqu. Kienu qliel wisq; ħadd ma kien jista’ jgħaddi bihom minn dik it-triq. U nfexxew jgħajtu u jgħidu: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Bin Alla? Ġejt hawn biex taħqarna qabel iż-żmien?”. 

Mela ftit ’il bogħod minnhom kien hemm merħla kbira ta’ ħnieżer tirgħa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 3, 1-8; 4, 11-12
Salm: 5, 5-6.7.8

L-Evanġelju: Mt 8, 23-27

F’dak iż-żmien, Ġesù tala’ fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh. U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed. Id-dixxipli resqu fuqu, qajmuh u qalulu: “Salvana, Mulej! Se nintilfu!”. U qalilhom: “Dan il-biża’ kollu għalfejn, ja nies ta’ fidi ċkejkna?”

Imbagħad qam, ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma kbira… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ġunju

San Pietru u San Pawl, Appostli – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 12, 1-11
Salm: 33, 2-9
It-Tieni Qari: Tim 4, 6-8. 17-18

L-Evanġelju: Mt 16, 13-19

F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud Ġwanni l-Battista, oħrajn Elija, u oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-profeti.”

“Imma intom,” qalilhom, “intom min tgħidu li jien?” U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla ħaj.” U wieġbu Ġesù u qallu: “Imbierek int, Xmun, bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 28 ta’Ġunju

It-Tlettax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 4, 8-11.14-16a
Salm: 88 (89), 2-3.16-17.18-19
It-Tieni Qari: Rum 6, 3-4.8-11

L-Evanġelju: Mt 10, 37-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lam 2, 2.10-14.18-19
Salm: 73 (74), 1-2.3-5a.5b-7.20-21

L-Evanġelju: Mt 8, 5-17

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq”. Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu”. Qallu ċ-ċenturjun: “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 25, 1-12
Salm: 136 (137), 1-2.3.4-5.6

L-Evanġelju: Mt 8, 1-4

Kif Ġesù niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh. U resaq fuqu wieħed lebbruż, inxteħet quddiemu u qallu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni”. Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid; kun imfejjaq!”. U minnufih ġismu ndaf mil-lebbra.

U qallu Ġesù: “Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 24, 8-17
Salm: 78 (79), 1-2.3-5.8.9

L-Evanġelju: Mt 7, 21-29

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mhux kull min jgħidli: “Mulej, Mulej”, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet! F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli: “Mulej, Mulej, mhux f’ismek ħabbarna aħna, u mhux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli?”. Imbagħad jien ngħidilhom: “Lilkom qatt ma kont nafkom! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ġunju

It-Twelid ta’ San Ġwann Battista – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 49, 1-6
Salm: 138, 1-3.13-15
It-Tieni Qari: Atti 13, 22-26

L-Evanġelju: Lq 1, 57-66.80

Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel, riedu jsemmuh Żakkarija, għal missieru; imma qabżet ommu u qalet: “Le, imma Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!”

Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »