L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 1, 1-3.6-12
Salm: 122 (123), 1-2a.2bċd

L-Evanġelju: Mk 12, 18-27

F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù xi Sadduċej, li jgħidu li ma hemmx qawmien mill-imwiet, u għamlulu din il-mistoqsija: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub li, jekk wieħed imutlu ħuh u dan iħalli warajh lil martu bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla hu biex inissel ulied għal ħuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Piet 3, 12-15a.17-18
Salm: 89 (90), 2.3-4.10.14 u 16

L-Evanġelju: Mk 12, 13-17

F’dak iż-żmien, bagħtu għand Ġesù xi Fariżej u Erodjani biex jonsbuh f’xi kelma. Ġew u qalulu: “Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa u li ma tħabbel rasek b’ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares, imma t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta Ġunju

Marija Omm il-Knisja – Tifkira
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3, 9-15-20 jew Atti 1, 12-14
Salm: 86 (87), 1-2.3 u 5.6-7

L-Evanġelju: Ġw 19, 25-34

F’dak iż-żmien kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.”

Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 31 ta’ Mejju

Għid il-Ħamsin – Solennità
Qari tal-Jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 1-11
Salm: 103 (104), 1ab.24aċ.29bċ-30.31.34
It-Tieni Qari: 1 Kor 12, 3b-7.12-13

L-Evanġelju: Ġw 20, 19-23

Dak il-Ħadd filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Mejju

Is-Sibt tas-Seba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 28, 16-20. 30-31
Salm: 10 (11), 4.5 u 7

L-Evanġelju: Ġw 21, 20-25

F’dak iż-żmien, Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu: “Mulej, min hu li se jittradik?”. Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Mejju

Il-Ġimgħa tas-Seba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 25, 13b-21
Salm: 102 (103), 1-2.11-12.19-20ab

L-Evanġelju: Ġw 21, 15-19

F’dak iż-żmien, Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu. Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?”. Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”. Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi”.

Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?”. Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Mejju

Il-Ħamis tas-Seba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22, 30; 23, 6-11
Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.9-10.11

L-Evanġelju: Ġw 17, 20-26

F’dak iż-żmien, 1Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Mejju

L-Erbgħa tas-Seba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 20, 28-38
Salm: 67 (68), 29-30.33-35a.35b-36ċ

L-Evanġelju: Ġw 17, 11b-19

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Mejju

It-Tlieta tas-Seba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 20, 17-27
Salm: 67 (68), 10-11.20-21

L-Evanġelju: Ġw 17, 1-11a

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal: “Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Mejju

It-Tnejn tas-Seba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 19, 1-8
Salm: 67 (68), 2-3.4-5aċ.6-7ab

L-Evanġelju: Ġw 16, 29-33

F’dak iż-żmien, id-dixxipli qalu lil Ġesù: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla”.

Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? … Kompli aqra »