L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Mejju

It-Tnejn tas-Seba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 19, 1-8
Salm: 67 (68), 2-3.4-5aċ.6-7ab

L-Evanġelju: Ġw 16, 29-33

F’dak iż-żmien, id-dixxipli qalu lil Ġesù: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla”.

Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Mejju

Is-Seba’ Ħadd tal-Għid – Tlugħ il-Mulej fis-Sema
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 1,1-11
Salm: 46 (47), 2-3.6-7.8-9
It-Tieni Qari: Ef 1, 17-23

L-Evanġelju: Mt 28, 16-20

Il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. 

Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Mejju

Is-Sibt tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18, 23-28
Salm: 46 (47), 2-3.8-9.10

L-Evanġelju: Ġw 16, 23b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, kulma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan għedthulkom bit-tixbihat.

Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Mejju

Il-Ġimgħa tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18, 9-18
Salm: 46 (47), 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Ġw 16, 20-23a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Mejju

Il-Ħamis tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18, 1-8
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

L-Evanġelju: Ġw 16, 16-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”. Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”, u li: “Jiena sejjer għand il-Missier”?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Mejju

L-Erbgħa tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 17, 15.22 – 18, 1
Salm: 148, 1-2.11-12ab.12ċ-13a.13bċd-14

L-Evanġelju: Ġw 16, 12-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni.

Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Mejju

It-Tlieta tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16, 22-34
Salm: 137 (138), 1-2a.2bċ-3.7ċ-8

L-Evanġelju: Ġw 16, 5-11

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini: “Fejn sejjer?”. Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Mejju

It-Tnejn tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16, 11-15
Salm: 149, 1-2.3-4.5-6a u 9b

L-Evanġelju: Ġw 15, 26 – 16, 4a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu.

Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Mejju

Is-Sitt Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8, 5-8.14-17
Salm: 65 (66), 1-3a.4-5.6-7a.16.20
It-Tieni Qari: 1 Piet 3, 15-18

L-Evanġelju: Ġw 14, 15-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem, l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Mejju

Is-Sibt tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16, 1-10
Salm: 99 (100), 1-2.3.5

L-Evanġelju: Ġw 15, 18-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom… Kompli aqra »