L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Mejju

It-Tlieta tar-Raba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11, 19-26
Salm: 86 (87), 1-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Ġw 10, 22-30

F’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il-Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond”.

Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

It-Tnejn tar-Raba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11, 1-18
Salm: 41 (42), 2-3; 42 (43), 3.4

L-Evanġelju: Ġw 10, 11-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Jiena r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Il-mikri, li mhuwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ mhumiex tiegħu, jara l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom. Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Mejju

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid – Jum il-Vokazzjonijiet
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 14a.36-41
Salm: 22 (23), 1-3a. 3b-4. 5. 6
It-Tieni Qari: 1 Piet 2, 20b-25

L-Evanġelju: Ġw 10, 1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Mejju

Is-Sibt tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 9, 31-42
Salm: 115 (116), 12-13.14-15.16-17

L-Evanġelju: Ġw 6, 60-69

F’dak iż-żmien, ħafna dixxipli ta’ Ġesù, meta semgħuh jitkellem fuq il-ħobż tal-ħajja qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?”. Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Mejju

San Ġużepp Ħaddiem
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 1, 26-2, 3
Salm: 89, 2-4. 12. 1. 16

L-Evanġelju: Mt 13, 54-56

F’dak iż-żmien: Ġesù ġie f’pajjiżu, u daħal jgħallem in-nies fis-sinagoga tagħhom; tant għaġġibhom li bdew jgħidu: “Mnejn kisbu dan il-għerf u dawn l-għeġubijiet? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ April

Il-Ħamis tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8, 26-40
Salm: 65 (66), 8-9. 16-17. 20

L-Evanġelju: Ġw 6, 44-51

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti: “U kulħadd ikun mgħallem minn Alla”. Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ April

Santa Katerina ta’ Siena, verġni, duttur tal-Knisja u patruna tal-Ewropa – Festa

QARI TAL-JUM

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5-2:2
Salm: 102 , 1-4.8-9.13-14.17-18

L-Evanġelju: Mt 11:25-30

F’dak iż-żmien: Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti, dawn il-ħwejjeġ, ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ April

It-Tlieta tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 7, 51 – 8, 1a
Salm: 30 (31), 3ċd-4. 6ab u 7b u 8a. 17 u 21ab

L-Evanġelju: Ġw 6, 30-35

F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: “Tahom jieklu ħobż mis-sema”.

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ April

It-Tnejn tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6, 8-15
Salm: 118 (119), 23-24.26-27.29-30

L-Evanġelju: Ġw 6, 22-29

L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ April

It-Tielet Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 14.22-33
Salm: 15 (16) 1-2a.5.7-8.9-10.11
It-Tieni Qari: 1 Piet 1, 17-21

L-Evanġelju: Lq 24, 13-35

Dakinhar stess fl-ewwel jum tal-ġimgħa, ġara li tnejn mid-dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom… Kompli aqra »