L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ April

San Mark, Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 5: 5b-14
Salm: 88 , 2-3.6-7.16-17

L-Evanġelju: Mk 16:15-20

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

U dawn huma l-mirakli li jissieħbu ma’ dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt, ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda, u dawn ifiqu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’April

Il-Ġimgħa tat-Tieni Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5, 34-42
Salm: 26 (27), 1.4.13-14

L-Evanġelju: Ġw 6, 1-15

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud.

Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ April

Il-Ħamis tat-Tieni Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5, 27-33
Salm: 33 (34), 2 u 9.17-18.19-20

L-Evanġelju: Ġw 3, 31-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu tal-art u jgħid ħwejjeġ tal-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ April

L-Erbgħa tat-Tieni Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5, 17-26
Salm: 33 (34), 2-3.4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Ġw 3, 16-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ April

It-Tlieta tat-Tieni Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4, 32-37
Salm: 92 (93), 1ab.1ċ-2.5

L-Evanġelju: Ġw 3, 7b-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid. Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma’ ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu”. 

“Kif qatt jista’ jkun dan?”, raġa’ qallu Nikodemu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ April

It-Tnejn tat-Tieni Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4, 23-31
Salm: 2, 1-3.4-6.7-9

L-Evanġelju: Ġw 3, 1-8

Kien hemm fost il-Fariżej raġel jismu Nikodemu, wieħed mill-kbarat tal-Lhud. Dan ġie għand Ġesù billejl u qallu: “Rabbi, aħna nafu li inti Mgħallem mibgħut minn Alla; għax ħadd ma jista’ jagħmel is-sinjali li qiegħed tagħmel int jekk ma jkunx Alla miegħu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ April

It-Tieni Ħadd tal-Għid/ Il-Ħadd tal-Ħniena Divina
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 42-47
Salm: 117 (118), 2-4.13-15.22-24
It-Tieni Qari: 1 Piet 1, 3-9

L-Evanġelju: Ġw 20, 19-31

Dakinhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ April

Is-Sibt tal-Ottava tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4, 13-21
Salm: 117 (118), 1 u 14-15.16ab-18.19-21

L-Evanġelju: Mk 16, 9-15

Wara li qam mill-mewt filgħodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ April

Il-Ġimgħa tal-Ottava tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4, 1-12
Salm: 117 (118), 1-2 u 4.22-24.25-27a

L-Evanġelju: Ġw 21, 1-14

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”. Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ April

Il-Ħamis tal-Ottava tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3, 11-26
Salm: 8, 2a u 5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Lq 24, 35-48

F’dak iż-żmien, id-dixxipli ta’ Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma… Kompli aqra »