L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 5, 1-15a
Salm: 41 (42), 2.3; 42 (43), 3.4

L-Evanġelju: Lq 4, 24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret, daħal fis-sinagoga u qal lill-ġemgħa: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Marzu

It-Tielet Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 17, 3-7
Salm: 94 (95), 1-2.6-7.8-9
It-Tieni Qari: Rum 5, 1-2.5-8

L-Evanġelju: Ġw 4, 5-42

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm ukoll il-bir ta’ Ġakobb. Kien għall-ħabta tas-sitt siegħa, u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mikea 7, 14-15.18-20
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.9-10.11-12

L-Evanġelju: Lq 15, 1-3.11-32

F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!”. U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola:

“Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 37, 3-4.12-13a.17b-28
Salm: 104 (105), 16-17.18-19.20-21

L-Evanġelju: Mt 21, 33-43.45-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra.

Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 17, 5-10
Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Lq 16, 19-31

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda tal-għani… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 18, 18-20
Salm: 30 (31), 5-6.14.15-16

L-Evanġelju: Mt 20, 17-28

F’dak iż-żmien, huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom: “Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 1, 10.16-20
Salm: 49 (50), 8-9.16bċ-17.21 & 23

L-Evanġelju: Mt 23, 1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 9, 4b-10
Salm: 78 (79), 8.9.11 u 13

L-Evanġelju: Lq 6, 36-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom.

Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ Marzu

It-Tieni Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 12, 1-4a
Salm: 32 (33), 4-5.18-19.20 u 22
It-Tieni Qari: 2 Tim 1, 8b-10

L-Evanġelju: Mt 17, 1-9

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 26, 16-19
Salm: 118 (119), 1-2.4-5.7-8

L-Evanġelju: Mt 5, 43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »