L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 5, 1-7.10
Salm: 88 (89), 20.21-22.25-26

L-Evanġelju: Mk 3, 22-30

F’dak iż-żmien, il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan Ġesù għandu fih lil Begħelżebul”, u wkoll: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”.

Ġesù sejħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Jannar

It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 8. 23b – 9, 3
Salm: 26 (27) 1.4.13-14
It-Tieni Qari: 1 Kor 1, 10-13.17

L-Evanġelju: Mt 4, 12-23

Meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nażaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal: “Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali, it-triq tal-baħar, art ’il hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22, 3-16
Salm: 116, 1.2

L-Evanġelju: Mk 16, 15-18

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva, iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

U dawn huma l-mirakli li jsieħbu ’l dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 24, 3-21
Salm: 56 (57), 2.3-4.6 u 11

L-Evanġelju: Mk 3, 13-19

F’dak iż-żmien, Ġesù tela’ fuq l-għolja u sejjaħ lejh lil dawk li ried. Huma resqu lejh, u għażel tnax li semmiehom appostli biex jibqgħu miegħu u biex jibgħathom jippritkaw, u jkollhom is-setgħa li jkeċċu x-xjaten.

Għażel mela t-Tnax: Xmun, li tah ukoll l-isem ta’ Pietru, u Ġakbu ta’ Żebedew, u Ġwanni, ħu Ġakbu, li tahom ukoll l-isem ta’ Boanerges, jiġifieri wlied ir-ragħad, u Indrì, u Filippu, u Bartilmew, u Mattew, u Tumas, u Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, u Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, dak li ttradieh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 18, 6-9; 19, 1-7
Salm: 55 (56), 2-3.9-10ab.10ċ-11.12-13

L-Evanġelju: Mk 3, 7-12

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kulma kien għamel, marru ħdejh.

Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 28,1-10
Salm: 15, 1-2.5. 7-8. 11

L-Evanġelju: Mt 25, 31-40

F’dak iż-żmien, Ġesù qal qal lid-dixxipli tiegħu: «Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred lin-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 16, 1-13
Salm: 88 (89), 20.21-22.27-28

L-Evanġelju: Mk 2, 23-28

F’dak iż-żmien, f’jum is-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul. U l-Fariżej staqsewh: “Ara! Għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”. 

U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu!”. 

U qalilhom: “Is-Sibt kien magħmul għall-bniedem, u mhux il-bniedem għas-Sibt… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 15, 16-23
Salm: 49 (50), 8-9.16bċ-17.21 u 23

L-Evanġelju: Mk 2, 18-22

Darba waħda d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej kienu sajmin, u ġew u qalu lil Ġesù: “Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli tal-Fariżej isumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. 

Qalilhom Ġesù: “Huwa l-ħbieb tal-għarus se jsumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Jannar

It-Tieni Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 49, 3.5-6
Salm: 39 (40), 2.4ab.7-8a.8b-9.10
It-Tieni Qari: 1 Kor 1, 1-3

L-Evanġelju: Ġw 1, 29-34

F’dak iż-żmien, Ġwanni, ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja. Dan hu li għalih għedtilkom: “Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 9, 1-4.17-19; 10, 1a
Salm: 20 (21), 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Mk 2, 13-17

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi u qallu: “Ejja warajja”. Dak qam u mar warajh. U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh… Kompli aqra »