L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 7-10
Salm: 71 (72), 2.3-4ab.7-8

L-Evanġelju: Mk 6, 34-44

F’dak iż-żmien, xħin niżel l-art mid-dgħajsa Ġesù ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.

Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-dixxipli tiegħu u qalulu: “Dan post imwarrab, u ġa sar ħafna ħin… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3, 22 – 4, 6
Salm: 2, 7-8.10-11

L-Evanġelju: Mt 4, 12-17. 23-25

F’dak iż-żmien, meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal: “Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali, it-triq tal-baħar, art ’l hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Jannar

L-Epifanija tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 60, 1-6
Salm: 71 (72), 1-2.7-8.10-11,12-13
It-Tieni Qari: Ef 3, 2-3a. 5-6

L-Evanġelju: Mt 2, 1-12

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh”. Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3, 7-10
Salm: 97 (98), 1.7-8.9

L-Evanġelju: Ġw 1, 35-42

F’dak iż-żmien, Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla!”. Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù.

Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Jannar

L-Isem Imqaddes ta’ Alla
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 29 – 3, 6
Salm: 97 (98), 1.3ċd-4.5-6

L-Evanġelju: Ġw 1, 29-34

F’dak iż-żmien, Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja! Dan hu li għalih għedtilkom: “Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli”. Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 22-28
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

L-Evanġelju: Ġw 1, 19-28

Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?”. Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija”. Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Int Elija?”. “M’iniex”, qalilhom. “Int il-Profeta?”. “Le”, weġibhom. Imbagħad qalulu: “Mela min int? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Jannar

L-Imqaddsa Omm Alla Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 6, 22-27
Salm: 66 (67), 2-3.5.6.8
It-Tieni Qari: Gal 4, 4-7

L-Evanġelju: Lq 2, 16-21

F’dak iż-żmien, ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 18-21
Salm: 95 (96), 1-2.11-12.13

L-Evanġelju: Ġw 1, 1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 12-17
Salm: 95 (96), 7-8a.8b-9.10

L-Evanġelju: Lq 2, 36-40

Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù f’Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej. Kien hemm waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta’ Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba’ snin miżżewġa, u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Diċembru

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 3, 2-6. 12-14
Salm: 127 (128), 1-2.3.4-5
It-Tieni Qari: Kol 3, 12-21

L-Evanġelju: Mt 2, 13-15.19-23

Meta telqu l-Maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u lil ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu”… Kompli aqra »