L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Diċembru

Il-Qaddisin Innoċenti Martri – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1, 5; 2: 2
Salm: 123 , 2-5.7b-8

L-Evanġelju: Mt 2: 13-18

Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi sa jfittex lit-tifel biex joqtlu”. 

Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemm sal-mewt ta’ Erodi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Diċembru

San Ġwann, Appostlu u Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1, 1-4
Salm: 96, 1-2.5-6.11-12

L-Evanġelju: Ġw 20, 2-8

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa: Filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. 

Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor il-maħbub ta’ Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Diċembru

San Stiefnu, l-Ewwel Martri – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6, 8-10; 7:54-59
Salm: 30, 3cd-4.6ab.7b.8a.16

L-Evanġelju: Mt 10, 17-22

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Oqogħdu attenti mill-bniedem! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati u jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom; itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif sa titkellmu jew x’sa tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu. 

Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju f’Jum il-Milied: 25 ta’ Diċembru

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 52, 7-10
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4.5-6
It-Tieni Qari: Lhud 1, 1-6

L-Evanġelju: Ġw 1, 1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7, 1-5.8b-12.14a.16
Salm: 88 (89), 2-3.4-5.27 u 29

L-Evanġelju: Lq 1, 67-79

F’dak iż-żmien, Żakkarija, missier Ġwanni, imtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid:

“Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu, u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni f’dar David qaddej tiegħu, bħalma wiegħed fl-imgħoddi b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu, biex isalvana mill-għedewwa tagħna, u minn idejn dawk kollha li jobogħduna… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3, 1-4.23-24
Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.8-9.10 u 14

L-Evanġelju: Lq 1, 57-66

F’dak iż-żmien, Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha.

Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Diċembru

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 7, 10-14
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6
It-Tieni Qari: Rum 1, 1-7

L-Evanġelju: Mt 1, 18-24

It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għanja 2, 8-14
Salm: 32 (33), 2-3.11-12.20-21

L-Evanġelju: Lq 1, 39-45

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet:

“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 7, 10-14
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 1, 26-38

Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”.

Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mħal 13, 2-7.24-25a
Salm: 70 (71), 3-4a.5-6ab.16-17

L-Evanġelju: Lq 1, 5-25

Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron. It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta’ xejn skont il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej. Ulied ma kellhomx, għax Eliżabetta ma setax ikollha, u t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien… Kompli aqra »