L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Awwissu

  • San Lawrenz, Djaknu u Martri – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 9, 6-10
    Salm: 111, 1-2.5-9

    L-Evanġelju: Ġw 12, 24-26

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.

    Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja jżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Awwissu

  • S. Tereża Benedetta tas-Salib – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ħos 2: 16b. 17b. 21-22
    Salm: 44, 11-12.14-17

    L-Evanġelju: Mt 25:1-13

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ, iżda wkoll iż-żejt fil-kwies…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Num 20, 1-13
    Salm: 94 (95), 1-2.6-7.8-9

    L-Evanġelju: Mt 16, 13-23

  • F’dak iż-żmien, Ġesù wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, u staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?”. U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Num 13, 1-3a.25 -14, 1.26-30.34-35
    Salm: 105 (106), 6-7a.13-14.21-22.23

    L-Evanġelju: Mt 15, 21-28

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David! Binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Awwissu

  • It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dan 7: 9-10. 13-14
    Salm: 96, 1-2.5-6.9
    It-Tieni Qari: 2 Piet 1: 16-19

    L-Evanġelju: Mk 9:1-9

  • Sitt jiem wara Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Lbiesu sar abjad u jgħammex b’dija ta’ l-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Num 11, 4b-15
    Salm: 80 (81), 12-13.14-15.16-17

    L-Evanġelju: Mt 14, 13-21

  • F’dak iż-żmien, meta sama’ l-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejqilhom il-morda tagħhom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 4 ta’ Awwissu

  • It-Tmintax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Qoħ 1, 2; 2, 21-23
    Salm: 89 (90), 3-4.5-6. 12-13. 14 u 17
    It-Tieni Qari: Kol 3, 1-5. 9-11

    L-Evanġelju: Lq 12, 13-21

  • F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi”. Wieġbu Ġesù: “Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?”. Imbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lev 25, 1. 8-17
    Salm: 66 (67), 2-3.5.7-8

    L-Evanġelju: Mt 14, 1-12

  • F’dak iż-żmien, Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!”. Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lev 23, 1.4-11.15-16.27.34b-37
    Salm: 80 (81), 3-4.5-6ab.10-11ab L-Evanġelju: Mt 13, 54-58
  • F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa tal-għaġeb? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 40, 16-21. 34-38
    Salm: 83 (84), 3.4.5-6a u 8a. 11

    L-Evanġelju: Mt 13, 47-53

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin…

  • Kompli aqra »