L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 34, 29-35
    Salm: 98 (99), 5.6.7.9

    L-Evanġelju: Mt 13, 44-46

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

    Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kulma kellu u xtara lilha”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 33, 7-11; 34, 5b-9.28
    Salm: 102 (103), 6-7.8-9.10-11.12-13

    L-Evanġelju: Mt 13, 36-43

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa”. U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-Ħażin, u l-għadu li żeragħha huwa x-Xitan…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4: 7-16
    Salm: 33: 2-11

    L-Evanġelju: Ġw 11: 19-27

  • Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex ifarrġuhom minħabba ħuhom. Kif, mela, semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar. Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 28 ta’ Lulju

  • Is-Sbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 18, 20-32
    Salm: 137 (138), 1-2a. 2bċ-3. 6-7ab. 7ċ-8
    It-Tieni Qari: Kol 2, 12-14

    L-Evanġelju: Lq 11, 1-13

  • Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 24, 3-8
    Salm: 49 (50): 1-2.5-6.14-15

    L-Evanġelju: Mt 13, 24-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ġab parabbola oħra lill-folla u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq.

    Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 20, 1-17
    Salm: 18 (19), 8.9.10.11

    L-Evanġelju: Mt 13, 18-23

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mela isimgħuha intom il-parabbola ta’ dak li ħareġ jiżra’. Kull min jisma’ l-kelma tas-Saltna u ma jifhimhiex, jersaq il-Ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera’ f’qalbu: dan huwa dak li nżera’ mal-mogħdija…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Lulju

  • Sant Ġakbu, Appostlu – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 4: 7-15
    Salm: 125: 1-6

    L-Evanġelju: Mt 20:20-28

  • F’dak iż-żmien: Resqet fuq Ġesù omm ulied Żebedew, flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi weġbitu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.” Imma Ġesù wieġeb u qal: “Ma tafux x’intom titolbu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 16, 1-5.9-15
    Salm: 77 (78), 18-19.23-24.25-26.27-28

    L-Evanġelju: Mt 13, 1-9

  • Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt. Hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Lulju

  • Santa Briġida tal-Iżvezja, Reliġjuża u Patruna tal-Ewropa – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Gal 2:19-20
    Salm: 33: 2-11

    L-Evanġelju: Ġw 15:1-8

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott hu jneħħiha; u kull waħda li tagħmel frott inaddafha, biex tagħmel frott aktar…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Lulju

  • Santa Marija Maddalena – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Għan 3: 1-4a
    Salm: 62, 2-6.8-9

    L-Evanġelju: Ġw 20:1-2.11-18

  • Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Marjam baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli libsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn qabel kien hemm il-ġisem ta’ Ġesù…

  • Kompli aqra »