L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 4:1,5-9
Salm: 147:12-13,15-16,19-20

L-Evanġelju: Mt 5:17-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox.

Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3:25,34-43
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,6-7bċ,8-9

L-Evanġelju: Mt 18:21-35

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet. Imma sa sebgħa u sebgħin darba.

Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 5:1-15a
Salm: 41 (42):2,3; 42 (43):3,4

L-Evanġelju: Lq 4:24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret, daħal fis-sinagoga u qal lill-ġemgħa: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Marzu

It-Tielet Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 20:1-17
Salm: 18 (19):8,9,10,11
It-Tieni Qari: 1 Kor 1:22-25

L-Evanġelju: Ġw 2:13-25

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kien jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari:  Mikea 7:14-15,18-20
Salm: 102 (103):1-2,3-4,9-10,11-12

L-Evanġelju: Lq 15:1-3,11-32

F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola:

“Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Iż-żgħir qal lil missieru: ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’ U dak qassmilhom il-ġid… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 37:3-4,12-13a,17b-28
Salm: 104 (105):16-17,18-19,20-21

L-Evanġelju: Mt 21:33-43,45-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra.

Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 17:5-10
Salm: 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Lq 16:19-31

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda tal-għani. Sa l-klieb kienu jmorru jilagħqu l-ġrieħi tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 18:18-20
Salm: 30 (31):5-6,14,15-16

L-Evanġelju: Mt 20:17-28

F’dak iż-żmien, huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom: “Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum.”

Imbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 1:10,16-20
Salm: 49 (50): 8-9,16bċ-17,21 u 23

L-Evanġelju: Mt 23:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 9:4b-10
Salm: 78 (79):8,9,11 u 13

L-Evanġelju: Lq 6:36-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom.

Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom.” Kompli aqra »