L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Lulju

  • San Benedittu, Abbati, Patrun tal-Ewropa – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Prov 2: 1-19
    Salm: 33, 2-4.6.9.12.14-15

    L-Evanġelju: Mt 19:27-29

  • F’dak iż-żmien: Pietru qal lil Ġesù: “Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk, issa x’sa nieħdu?”

    Ġesù qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq it-tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Israel…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 41, 55-57; 42, 5-7a. 17-24a
    Salm: 32 (33), 2-3.10-11.18-19

    L-Evanġelju: Mt 10, 1-7

  • F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejqu kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu.

    L-ismijiet tat-tnax-l appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta’ Żebedew, u ħuh Ġwanni, Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 32, 22-32
    Salm: 16 (17), 1.2-3.6-7.8b u 15

    L-Evanġelju: Mt 9, 32-38

  • F’dak iż-żmien, in-nies ġabu quddiem Ġesù wieħed imbikkem maħkum mix-xitan. Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!”. Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Lulju

  • Qari tal-Jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 28, 10-22a
    Salm: 90 (91), 1-2.3-4.14-15ab

    L-Evanġelju: Mt 9, 18-26

  • F’dak iż-żmien, resaq lejn Ġesù wieħed mill-kapijiet, inxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix”. Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu.

    Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Imqar jekk immiss il-libsa tiegħu, infiq”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Lulju

  • L-Erbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Is 66, 10-14ċ
    Salm: 65 (66), 1-3a.4-5.6-7a.16 u 20
    It-Tieni Qari: Gal 6, 14-18

    L-Evanġelju: Lq 10, 1-12.17-20

  • F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 27, 1-5.15-29
    Salm: 134 (135), 1-2.3-4.5-6

    L-Evanġelju: Mt 9, 14-17

  • F’dak iż-żmien resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu. 

    Ħadd ma jraqqa’ libsa qadima b’biċċa drapp ġdida, għax inkella r-roqgħa ssellet il-libsa, u t-tiċrita tikber…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 23, 1-4.19; 24, 1-8.62-67
    Salm: 105 (106), 1-2.3-4a.4b-5

    L-Evanġelju: Mt 9, 9-13

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja!” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 22, 1-19
    Salm: 116 (117), 1-2.3-4.5-6.8-9

    L-Evanġelju: Mt 9, 1-8

  • F’dak iż-żmien, Ġesù tala’ f’dgħajsa, qasam il-baħar u baqa’ sejjer fil-belt tiegħu. U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: “Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura”.

    Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: “Dan qiegħed jidgħi”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Lulju

  • San Tumas, Appostlu – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ef 2, 19-22
    Salm: 116, 1.2

    L-Evanġelju: Ġw 20:24-29

  • Wieħed mit-Tnax, Tumas, imlaqqam it-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej”. Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer, jekk ma nqegħidx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jiena ma nemminx”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 19, 15-29
    Salm: 25 (26), 2-3.9-10.11-12

    L-Evanġelju: Mt 8, 23-27

  • F’dak iż-żmien, Ġesù tala’ fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh. U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed. Id-dixxipli resqu fuqu, qajmuh u qalulu: “Salvana, Mulej! Se nintilfu!”…

  • Kompli aqra »