L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 18, 16-33
    Salm: 102 (103), 1-2.3-4.8-9.10-11

    L-Evanġelju: Mt 8, 18-22

  • F’dak iż-żmien, meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor. Imbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. Imma Ġesù wieġbu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Ġunju

  • It-Tlettax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Slat 19, 16b. 19-21
    Salm: 15 (16), 1-2a u 5. 7-8. 9-10. 11
    It-Tieni Qari: Gal 5, 1.13-18

    L-Evanġelju: Lq 9, 51-62

  • Meta Ġesù qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ġunju

  • San Pietru u San Pawl, Appostli – Solennità
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 12:1-11
    Salm: 33, 2-9
    It-Tieni Qari: Tim 4:6-8. 17-18

    L-Evanġelju: Mt 16:13-19

  • F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud Ġwanni l-Battista, oħrajn Elija, u oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom,” qalilhom, “intom min tgħidu li jien?” U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla ħaj.”

    U wieġbu Ġesù u qallu: “Imbierek int, Xmun, bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ġunju

  • Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ – Solennita’
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżek 34, 11-16
    Salm: 22 (23), 1-3a. 3b-4. 5. 6

    L-Evanġelju: Lq 15, 3-7

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-fariżej u lill-kittieba din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 16, 1-12.15-16
    Salm: 105 (106), 1-2.3-4a.4b-5

    L-Evanġelju: Mt 7, 21-29

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mhux kull min jgħidli: “Mulej, Mulej”, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet! F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli: “Mulej, Mulej, mhux f’ismek ħabbarna aħna, u mhux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 15, 1-12.17-18
    Salm: 104 (105), 1-2.3-4.6-7.8-9

    L-Evanġelju: Mt 7, 15-20

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq?

    Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 13, 2.5-18
    Salm: 14 (15), 2-3ab. 3ċd-4ab. 5

    L-Evanġelju: Mt 7, 6.12-14

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom. Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ġunju

  • It-Twelid ta’ San Ġwann Battista – Solennita’
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Is 49:1-6
    Salm: 138, 1-3.13-15
    It-Tieni Qari: Atti 13:22-26

    L-Evanġelju: Lq 1:57-66.80

  • Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel, riedu jsemmuh Żakkarija, għal missieru; imma qabżet ommu u qalet: “Le, imma Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!”

    Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Ġunju

  • Il-Ġisem u d-Demm Għażiż tal-Mulej – Solennità
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 14, 18-20
    Salm: 109 (110), 1.2.3.4
    It-Tieni Qari: 1 Kor 11, 23-26

    L-Evanġelju: Lq 9, 11b-17

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad ikellem il-folol fuq is-Saltna ta’ Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan. Il-jum kien wasal biex jintemm…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 12, 1-10
    Salm: 33 (34), 8-9.10-11.12-13

    L-Evanġelju: Mt 6, 24-34

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus…

  • Kompli aqra »