L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 11:21b-26
    Salm: 97, 1-6

    L-Evanġelju: Mt 10:7-13

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u sejrin xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-imġiddmin, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qorq u lanqas ħatar: għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Ġunju

  • Marija Omm il-Knisja – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 3: 9-15-20
    Salm: 86 (87): 1-2,3 u 5, 6-7

    L-Evanġelju: Ġw 19, 25-34

  • F’dak iż-żmien kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.” Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Ġunju

  • Għid il-Ħamsin – Solennita’
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 2, 1-11
    Salm: 103 (104), 1ab.24aċ.29bċ-30.31.34
    It-Tieni Qari: Rum 8, 8-17

    L-Evanġelju: Ġw 14, 15-16. 23b-26

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 28, 16-20. 30-31
    Salm: 10 (11), 4.5 u 7

    L-Evanġelju: Ġw 21, 20-25

  • F’dak iż-żmien, Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu: “Mulej, min hu li se jittradik?”. Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 25, 13b-21
    Salm: 102 (103), 1-2.11-12.19-20ab

    L-Evanġelju: Ġw 21, 15-19

  • F’dak iż-żmien, Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu. Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?”. Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”. Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi”. Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 22, 30; 23, 6-11
    Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.9-10.11

    L-Evanġelju: Ġw 17, 20-26

  • F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 20, 28-38
    Salm: 67 (68), 29-30.33-35a.35b-36ċ

    L-Evanġelju: Ġw 17, 11b-19

  • F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 20, 17-27
    Salm: 67 (68), 10-11.20-21

    L-Evanġelju: Ġw 17, 1-11a

  • F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal: “Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ġunju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 19, 1-8
    Salm: 67 (68), 2-3.4-5aċ.6-7ab

    L-Evanġelju: Ġw 16, 29-33

  • F’dak iż-żmien, id-dixxipli qalu lil Ġesù: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Ġunju

  • Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Solennita’
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 1, 1-11
    Salm: 46 (47), 2-3.6-7.8-9
    It-Tieni Qari: Lhud 9, 24-28; 10, 19-23

    L-Evanġelju: Lq 24, 46-53

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm…

  • Kompli aqra »