L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 15, 1-6
    Salm: 121 (122), 1-2.3-4a.4b-5

    L-Evanġelju: Ġw 15, 1-8

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 14, 19-28
    Salm: 144 (145), 10-11.12-13ab.21

    L-Evanġelju: Ġw 14, 27-31a

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: “Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom”.

    Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 14, 5-18
    Salm: 113B (115), 1-2.3-4.15-16

    L-Evanġelju: Ġw 14, 21-26

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi”.

    Ġuda – l-ieħor, mhux l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?”. Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Mejju

  • Il-Ħames Ħadd tal-Għid
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 14, 21b-27
    Salm: 144 (145), 8-9.10-11.12-13ab
    It-Tieni Qari: Apok 21, 1-5a

    L-Evanġelju: Ġw 13, 31-33a.34-35

  • Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 13, 44-52
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

    L-Evanġelju: Ġw 14, 7-14

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh”. Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina”. Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 13, 26-33
    Salm: 2, 6-7.8-9.10-11

    L-Evanġelju: Ġw 14, 1-6

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: “Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu”? U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 13, 13-25
    Salm: 88 (89), 2-3.21-22.25 u 27

    L-Evanġelju: Ġw 13, 16-20

  • Wara li ħaslilhom saqajhom, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir mhuwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu. Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom.

    Jien m’iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x’nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid: “Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 12, 24 – 13, 5a
    Salm: 66 (67), 2-3.5.6 u 8

    L-Evanġelju: Ġw 12, 44-50

  • F’dak iż-żmien, Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f’min bagħatni; u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni. Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Mejju

  • San Mattija, Appostlu – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 1: 15-17. 20-26
    Salm: 112, 1-8

    L-Evanġelju: Ġw 15:9-17

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jien ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 11, 1-18
    Salm: 41 (42), 2-3; 42 (43), 3.4

    L-Evanġelju: Ġw 10, 1-10

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra…

  • Kompli aqra »