L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16:22-34
Salm: 137 (138):1-2a,2bċ-3,7ċ-8

L-Evanġelju: Ġw 16:5-11

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini: ‘Fejn sejjer?’ Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom.

U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16:11-15
Salm: 149:1-2,3-4,5-6a u 9b

L-Evanġelju: Ġw 15:26 – 16:4a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux.

Ikeċċukom ’il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Mejju

Is-Sitt Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 10:25-26,34-35,44-48
Salm: 97(98):1,2-3ab,3ċd-4
It-Tieni Qari: 1 Ġw 4:7-10

L-Evanġelju: Ġw 15:9-17

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu. Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16:1-10
Salm: 99 (100):1-2,3,5

L-Evanġelju: Ġw 15:18-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom. Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej mhuwiex akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 15:1-8
Salm: 18:2-5

L-Evanġelju: Ġw 14:6-14

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lil Tumas: “Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux bija. Kieku għaraftu lili, kontu tagħarfu wkoll ’il Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħarfuh u rajtuh.”

Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġbu: “Ili daqshekk magħkom, u int, Filippu, għadek ma għaraftnix? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15:7-21
Salm: 95 (96):1-2a,2b-3,10

L-Evanġelju: Ġw 15:9-11

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.”

Qaddis tal-jum: San Atanasju, Isqof u Duttur tal-Knisja Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Mejju

Qari tal-jum
San Ġużepp Ħaddiem

L-Ewwel Qari: Ġen 1:26-2:3 jew Kol 3:14-15,17,23-24
Salm: 89:2-4,12,1,16

L-Evanġelju: Mt 13:54-58

F’dak iż-żmien: Ġesù ġie f’pajjiżu, u daħal jgħallem in-nies fis-sinagoga tagħhom; tant għaġġibhom li bdew jgħidu: “Mnejn kisbu dan il-għerf u dawn l-għeġubijiet? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet mhux kollha fostna qegħdin? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 14:19-28
Salm: 144 (145):10-11,12-13ab,21

L-Evanġelju: Ġw 14:27-31a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: ‘Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom.’ Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni. U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ April

Santa Katerina ta’ Siena, verġni, duttur tal-Knisja u patruna tal-Ewropa – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5-2:2
Salm: 102:1-4,8-9,13-14,17-18

L-Evanġelju: Mt 11:25-30

F’dak iż-żmien: Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti, dawn il-ħwejjeġ, ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken. Iva, Missier, għax hekk għoġob lir-rieda tiegħek. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben ħlief il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier ħlief l-Iben u dak li l-Iben irid jgħarrafhulu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 28 ta’ April

Qari tal-jum
Il-Ħames Ħadd tal-Għid

L-Ewwel Qari: Atti 9:26-31
Salm: 21(22):26b-27,28,30,31-32
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3:18-24

L-Evanġelju: Ġw 15:1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom… Kompli aqra »