L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Frar

It-Tieni Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 22:1-2,9a,10-13,15-18
Salm: 115(116):10,15-19
It-Tieni Qari: Rum 8:31b-34

L-Evanġelju: Mk 9:2-10

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma’ Mosè, jitkellmu ma’ Ġesù… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 26:16-19
Salm: 118 (119):1-2,4-5,7-8

L-Evanġelju: Mt 5:43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek.’ Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 18:21-28
Salm: 129 (130):1-2,3-4ab,4ċ-6,7-8

L-Evanġelju: Mt 5:20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: ‘La toqtolx.’ Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Frar

Il-Kattedra ta’ San Pietru, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 5:1-4
Salm: 22:1-6

L-Evanġelju: Mt 16:13-19

F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom, min tgħidu li jien?” staqsiehom.

U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun, bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 3:1-10
Salm: 50 (51):3-4,12-13,18-19

L-Evanġelju: Lq 11:29-32

Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel.

F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 55:10-11
Salm: 33 (34):4-5,6-7,16-17,18-19

L-Evanġelju: Mt 6:7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 19:1-2,11-18
Salm: 18 (19):8,9,10,15

L-Evanġelju: Mt 25:31-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.

Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu: ‘Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Frar

L-Ewwel Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 9:8-15
Salm: 24 (25):4-5ab,6-7bċ,8-9
It-Tieni Qari: 1 Piet 3:18-22

L-Evanġelju: Mk 1:12-15

F’dak iż-żmien, l-Ispirtu ħareġ lil Ġesù fid-deżert. U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-Xitan. Kien jgħix mal-bhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli.

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il -Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju.” Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 58:9b-14
Salm: 85 (86):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Lq 5:27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja!” Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Imbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra.

Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: “Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?” U Ġesù weġibhom: “Mhux dawk li huma f’saħħithom għandhom bżonn it-tabib, iżda l-morda… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 58:1-9a
Salm: 50 (51):3-4,5-6a,18-19

L-Evanġelju: Mt 9:14-15

F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”

Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu.” Kompli aqra »