L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ April

  • Qari tal-jum

     

  • L-Ewwel Qari: Eżek 47, 1-9.12
    Salm: 45 (46), 2-3.5-6.8-9

    L-Evanġelju: Ġw 5, 1-3a.5-16

     

  • Wasal jum ta’ festa għal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. F’Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b’ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata. F’dawn il-loġoġ kienet toqgħod kotra ta’ morda, għomja, zopop u mifluġin…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 65, 17-21
    Salm: 29 (30), 2 u 4.5-6.11-12a u 13b

    L-Evanġelju: Ġw 4, 43-54

  • F’dak iż-żmien, Ġesù telaq mis-Samarija lejn il-Galilija; għax Ġesù stess xehed li profeta ma għandux ġieħ f’pajjiżu. Mela meta wasal il-Galilija, il-Galilin laqgħuh tajjeb billi lkoll raw kulma kien għamel f’Ġerusalemm f’jum il-festa, għax huma wkoll kienu marru għall-festa…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 31 ta’ Marzu

  • Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġoż 5, 9a.10-12
    Salm: 33 (34), 2-3.4-5.6-7
    It-Tieni Qari: 2 Kor 5, 17-21

    L-Evanġelju: Lq 15, 1-3.11-32

     

  • F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom lejn Ġesù biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ħos 6, 1-6
    Salm: 50 (51), 3-4.18-19.20-21ab

    L-Evanġelju: Lq 18, 9-14

     

  • F’dak iż-żmien, kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn.

    Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ħos 14, 2-10
    Salm: 80 (81), 6ċ-8a.8bċ-9.10-11ab.14 u 17

    L-Evanġelju: Mk 12, 28b-34

  • F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”. Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: “Isma’ Iżrael! Il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 7, 23-28
    Salm: 94 (95), 1-2.6-7.8-9

    L-Evanġelju: Lq 11, 14-23

  • F’dak iż-żmien, Ġesù kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem, u n-nies stagħġbu. Iżda xi wħud minnhom qalu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”.

    Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dewt 4, 1.5-9
    Salm: 147, 12-13.15-16.19-20

    L-Evanġelju: Mt 5, 17-19

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dan 3, 25.34-43
    Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9

    L-Evanġelju: Mt 18, 21-35

  • F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet. Imma sa sebgħa u sebgħin darba.

    Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Marzu

  • It-Tħabbira tal-Mulej – Solennità Qari tal-jum

     

  • L-Ewwel Qari: Is 7, 10-14; 8, 10
    Salm: 39, 7-11
    It-Tieni Qari: Lhud 10, 4-10

    L-Evanġelju: Lq 1, 26-38

  • F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Marzu

  • It-Tielet Ħadd tar-Randan
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eż 3, 1-8a.13-15
    Salm: 102 (103), 1-2.3-4.6-7.8 u 11
    It-Tieni Qari: 1 Kor 10, 1-6.10-12

    L-Evanġelju: Lq 13, 1-9

     

  • F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom…

  • Kompli aqra »