L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Mik 7, 14-15.18-20
    Salm: 102 (103), 1-2.3-4.9-10.11-12

    L-Evanġelju: Lq 15, 1-3.11-32

  • F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!”. U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola:

    “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 37, 3-4.12-13a.17b-28
    Salm: 104 (105), 16-17.18-19.20-21

    L-Evanġelju: Mt 21, 33-43.45-46

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill–qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal–poplu: “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 17, 5-10
    Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

    L-Evanġelju: Lq 16, 19-31

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda tal-għani…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 18, 18-20
    Salm: 30 (31), 5-6.14.15-16

    L-Evanġelju: Mt 20, 17-28

     

  • F’dak iż-żmien, huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom: “Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Marzu

  • San Ġużepp – Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
    Qari tal-jum

     

  • L-Ewwel Qari: 2 Sam 7, 4-5a.12-14a.16
    Salm: 88, 2-5.27.29
    It-Tieni Qari: Rum 4, 13.16-18.22

    L-Evanġelju: Mt 1, 16.18-21.24a

     

  • Ġakobb nissel ’il Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu Kristu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dan 9, 4b-10
    Salm: 78 (79), 8.9.11 u 13

    L-Evanġelju: Lq 6, 36-38

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom.

    Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Marzu

  • It-Tieni Ħadd tar-Randan
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 15, 5-12.17-18
    Salm: 26 (27), 1.7-8.9.13-14
    It-Tieni Qari: Fil 3, 20 – 4,1

    L-Evanġelju: Lq 9, 28b-36

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dewt 26, 16-19
    Salm: 118 (119), 1-2.4-5.7-8

    L-Evanġelju: Mt 5, 43-48

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżek 18, 21-28
    Salm: 129 (130), 1-2.3-4ab.4ċ-6.7-8

    L-Evanġelju: Mt 5, 20-26

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”. Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Est 4, 17
    Salm: 137 (138), 1-2a.2bċ-3.7ċ-8

    L-Evanġelju: Mt 7, 7-12

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom. Għax kull min jitlob, jaqla’, min ifittex isib, u min iħabbat jiftħulu. Min hu dak il-bniedem fostkom li, jekk ibnu jitolbu biċċa ħobż, sejjer jagħtih ġebla? …

  • Kompli aqra »