L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 9, 1-13
    Salm: 101 (102), 16-18.19-21.29 u 22-23

    L-Evanġelju: Mark 8, 27-33

  • F’dak iż-żmien, telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta’ Ċesarija ta’ Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: “Min jgħidu n-nies li jien?”. Weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 8, 6-13.20-22
    Salm: 115 (116), 12-13.14-15.18-19

    L-Evanġelju: Mark 8, 22-26

  • F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli waslu Betsajda, u ħadulu quddiemu raġel agħma u talbuh imissu. Qabad l-agħma minn idu u ħadu barra mir-raħal, beżaqlu f’għajnejh, qiegħed idejh fuqu u staqsieh: “Qiegħed tara xi ħaġa?”. Dak ħares ’il fuq u qal: “Qiegħed nara n-nies, imma qiegħed narahom donnhom siġar mexjin”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 6, 5-8; 7, 1-5.10
    Salm: 28 (29), 1a u 2.3aċ-4.3b u 9b-10

    L-Evanġelju: Mark 8, 14-21

  • F’dak iż-żmien, id-dixxipli nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa. Ġesù wissiehom u qalilhom: “Iftħu għajnejkom, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi!”. Huma bdew jgħidu bejniethom: “Dan għax m’għandniex ħobż”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 4, 1-15.25
    Salm: 49 (50), 1 u 8.16bċ-17.20-21

    L-Evanġelju: Mk 8, 11-13

  • F’dak iż-żmien, ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema.

    Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Frar

  • Is-Sitt Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 17, 5-8
    Salm: 1, 1-2.3.4 u 6
    It-Tieni Qari: 1 Kor 15, 12.16-20

    L-Evanġelju: Lq 6, 17.20-26

  • F’dak iż-żmien, Ġesù niżel mat-Tnax u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 3, 9-24
    Salm: 89 (90), 2.3-4.5-6.12-13

    L-Evanġelju: Mk 8, 1-10

  • F’dawk il-jiem, peress li reġgħet inġabret kotra kbira u ma kellhomx x’jieklu, Ġesù sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom miegħi tlitt ijiem, u ma għandhom xejn x’jieklu. Jekk inħallihom imorru sajmin lejn djarhom, żgur iħosshom ħażin fit-triq, għax xi wħud minnhom ġew mill-bogħod”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 3, 1-8
    Salm: 31 (32), 1-2.5.6.7

    L-Evanġelju: Mk 7, 31-37

  • F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli. U ġabulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu. Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 13:46-69
    Salm: 116, 1.2

    L-Evanġelju: Lq 10: 1-9

  • F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 2, 4b-9.15-17
    Salm: 103 (104), 1-2a.27-28.29bċ-30

    L-Evanġelju: Mk 7, 14-23

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ sejjaħ in-nies lejh u qalilhom: “Isimgħuni, intom ilkoll, u ifhmuni! Ma hemm xejn minn barra li meta jidħol fi bniedem itebbgħu; imma dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 1, 20 – 2, 4a
    Salm: 8, 4-5.6-7.8-9

    L-Evanġelju: Mk 7, 1-13

     

  • F’dak iż-żmien, il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejn Ġesù, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin…

  • Kompli aqra »