L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 10, 32-39
    Salm: 36 (37), 3-4.5-6.23-24.39-40

    L-Evanġelju: Mark 4, 26-34

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, imbagħad is-sbula, imbagħad il-qamħ mimli fis-sbula…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 10, 19-25
    Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

    L-Evanġelju: Mark 4, 21-25

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt is-siegħ jew taħt is-sodda? Mhux fuq l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 10, 11-18
    Salm: 109 (110), 1.2.3.4

    L-Evanġelju: Mark 4, 1-20

  • F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ beda jgħallem ħdejn il-baħar, u nġabret madwaru kotra kbira, hekk li kellu jitla’ bilqiegħda f’dgħajsa fuq il-baħar, u n-nies kollha l-art matul ix-xatt. U qagħad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ bil-parabboli, u fit-tagħlim tiegħu qalilhom: “Isimgħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 10, 1-10
    Salm: 39 (40), 2 u 4ab.7-8a.10.11

    L-Evanġelju: Mark 3, 31-35

  • F’dak iż-żmien, ġew omm Ġesù u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. Qalulu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk”.

    U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 9, 15.24-28
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4.5-6

    L-Evanġelju: Mark 3, 22-30

  • F’dak iż-żmien, il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan Ġesù għandu fih lil Begħelżebul”, u wkoll: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Hu sejħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Jannar

  • It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Neħ 8, 2-4a. 5-6. 8-10
    Salm: 18 (19), 8. 9. 10. 15
    It-Tieni Qari: 1 Kor 12, 12-30

    L-Evanġelju: Luqa 1, 1-4; 4, 14-21

  • Bosta kienu dawk li ħadu f’idejhom ix-xogħol li jiġbru bl-ordni f’rakkont wieħed il-ġrajja li seħħew fostna, kif għaddewhom lilna dawk li sa mill-bidu rawhom b’għajnejhom stess u saru ministri tal-Kelma…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Tim 1: 1-8
    Salm: 95, 1-3.7-8a

    L-Evanġelju: Luqa 10: 1-9

  • F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

  • Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 22: 3-16
    Salm: 116, 1.2

    L-Evanġelju: Mk 16: 15-18

  • F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva, iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

    U dawn huma l-mirakli li jsieħbu ’l dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 7, 25 – 8, 6
    Salm: 39 (40), 7-8a.8b-9.10.17

    L-Evanġelju: 3, 7-12

  • F’dak iż-żmien, Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kulma kien għamel, marru ħdejh…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 7, 1-3.15-17 Salm: 109 (110), 1.2.3.4 L-Evanġelju: Mark 3, 1-6
  • F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ daħal fis-sinagoga, u kien hemm raġel li kellu idu niexfa. U qagħdu jgħassulu jekk ifejqux f’jum is-Sibt, biex ikollhom fuqiex jixluh. Imma hu qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, ejja fin-nofs”.

    Imbagħad staqsa lilhom: “X’jiswa li tagħmel nhar ta’ Sibt, ġid jew deni? …

  • Kompli aqra »