L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Jannar

  • San Publiju, Prinċep ta’ Malta
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 28,1-10
    Salm: 15, 1-2.5. 7-8. 11

    L-Evanġelju: Mt 25, 31-40

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal qal lid-dixxipli tiegħu:

    «Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred lin-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 5, 1-10
    Salm: 109 (110), 1.2.3.4

    L-Evanġelju: Mark 2, 18-22

  • Darba waħda d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej kienu sajmin, u ġew u qalu lil Ġesù: “Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli tal-Fariżej isumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”.

    Qalilhom Ġesù: “Huwa l-ħbieb tal-għarus se jsumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 20 ta’ Jannar

  • It-Tieni Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Is 62, 1-5
    Salm: 95, 1-2a. 2b-3. 7-8a. 9-10aċ
    It-Tieni Qari: 1 Kor 12, 4-11

    L-Evanġelju: Ġw 2, 1-11

  • F’dak iż-żmien, sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 4, 12-16
    Salm 18 (19), 8.9.10.15

    L-Evanġelju: Mark 2, 13-17

  • F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi u qallu: “Ejja warajja”. Dak qam u mar warajh…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 4, 1-5.11
    Salm: 77 (78), 3 u 4bċ.6ċ-7.8

    L-Evanġelju: Mark 2, 1-12

  • Wara xi ġranet Ġesù daħal Kafarnahum. In-nies semgħet li kien id-dar u nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-Kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 3, 7-14
    Salm: 94 (95), 6-7.8-9.10-11

    L-Evanġelju: Mark 1, 40-45

  • F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”. U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 2, 14-18
    Salm: 104 (105), 1-2.3-4.6-7.8-9

    L-Evanġelju: Mark 1, 29-39

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 2, 5-12
    Salm: 8, 2a u 5.6-7.8-9

    L-Evanġelju: Mark 1, 21b-28

  • F’dak iż-żmien, Ġesù, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga ta’ Kafarnahum u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.

    Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 1, 1-6
    Salm: 96 (97), 1 u 2b.6 u 7ċ.9

    L-Evanġelju: Mark 1, 14-20

  • Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”.

    Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Jannar

  • Il-Magħmudija tal-Mulej – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Is 40, 1-5.9-11
    Salm: 103 (104), 1b-2.3-4.24-25.27-28.29-30
    It-Tieni Qari: Titu 2, 11-14; 3, 4-7

    L-Evanġelju: Lq 3, 15-16. 21-22

  • F’dak iż-żmien, il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu…

  • Kompli aqra »