L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 19 -5,4
    Salm: 71 (72), 2.14 u 15bċ.17

    L-Evanġelju: Lq 4, 14-22a

  • F’dak iż-żmien, Ġesù, bil-qawwa tal-Ispirtu, reġa’ mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma’ dawk l-inħawi kollha, għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta’ kulħadd. U ġie Nazaret fejn kien trabba…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 11-18
    Salm: 71 (72), 2.10-11.12-13

    L-Evanġelju: Mk 6, 45-52

  • Wara li l-ħamest elef raġel kielu u xebgħu, Ġesù minnufih ġagħal id-dixxipli tiegħu jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru x-xatt l-ieħor qablu, lejn Betsajda, sakemm hu jibgħat in-nies. Wara li sellmilhom u ħalliehom, tala’ fuq l-għoljiet biex jitlob…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 7-10
    Salm: 71 (72), 2.3-4ab.7-8

    L-Evanġelju: Mk 6, 34-44

  • F’dak iż-żmien, xħin niżel l-art mid-dgħajsa Ġesù ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.

    Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-dixxipli tiegħu u qalulu: “Dan post imwarrab, u ġa sar ħafna ħin…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3, 22 – 4, 6
    Salm: 2, 7-8.10-11

    L-Evanġelju: Mt 4, 12-17. 23-25

  • F’dak iż-żmien, meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal: “Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali, it-triq tal-baħar, art ’l hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Jannar

  • L-Epifanija tal-Mulej – Solennita’ Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Is 60, 1-6
    Salm: 71 (72), 1-2.7-8.10-11,12-13
    It-Tieni Qari: Ef 3, 2-3a. 5-6

    L-Evanġelju: Mt 2, 1-12

  • Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3, 11-21
    Salm: 99 (100), 2.3.4.5

    L-Evanġelju: Ġw 1, 43-51

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ddeċieda li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: “Ejja warajja!” Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta’ Indrì u Pietru. Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3, 7-10
    Salm: 97 (98), 1.7-8.9

    L-Evanġelju: Ġw 1, 35-42

  • F’dak iż-żmien, Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla!”.

    Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 29 – 3, 6
    Salm: 97 (98), 1.3ċd-4.5-6

    L-Evanġelju: Ġw 1, 29-34

  • F’dak iż-żmien, Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja! Dan hu li għalih għedtilkom: “Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 22-28
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

    L-Evanġelju: Ġw 1, 19-28

  • Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?”. Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija”. Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Int Elija?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Jannar

  • L-Imqaddsa Marija Omm Alla – Solennita’ Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Num 6, 22-27
    Salm: 66 (67), 2-3.5.6.8
    It-Tieni Qari: Gal 4, 4-7

    L-Evanġelju: Luqa 2, 16-21

  • F’dak iż-żmien, ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja…

  • Kompli aqra »