L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3, 7-10
    Salm: 97 (98), 1.7-8.9

    L-Evanġelju: Ġw 1, 35-42

  • F’dak iż-żmien, Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla!”.

    Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 29 – 3, 6
    Salm: 97 (98), 1.3ċd-4.5-6

    L-Evanġelju: Ġw 1, 29-34

  • F’dak iż-żmien, Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja! Dan hu li għalih għedtilkom: “Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 22-28
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

    L-Evanġelju: Ġw 1, 19-28

  • Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?”. Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija”. Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Int Elija?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Jannar

  • L-Imqaddsa Marija Omm Alla – Solennita’ Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Num 6, 22-27
    Salm: 66 (67), 2-3.5.6.8
    It-Tieni Qari: Gal 4, 4-7

    L-Evanġelju: Luqa 2, 16-21

  • F’dak iż-żmien, ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 18-21
    Salm: 95 (96), 1-2.11-12.13

    L-Evanġelju: Ġwanni 1, 1-18

  • Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Diċembru

  • Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesu’, Marija u Ġużeppi Qari tal-Jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 20-22.24-28
    Salm:83 (84), 2-3. 5-6. 9-10
    It-Tieni Qari: 1 Ġw 3, 1-2, 21-24

    L-Evanġelju: Luqa 2, 41-52

  • Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 3-11
    Salm: 95 (96), 1-2a.2b-3.5b-6

    L-Evanġelju: Luqa 2, 22-35

  • Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej: “Kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej”, u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċieċen, kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Diċembru

  • Il-Qaddisin Innoċenti Martri – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1, 5; 2: 2
    Salm: 123, 2-5.7b-8

    L-Evanġelju: Mattew 2, 13-18

  • Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi sa jfittex lit-tifel biex joqtlu”.  Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemm sal-mewt ta’ Erodi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Diċembru

  • San Ġwann, Appostlu u Evanġelista – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1, 1-4
    Salm: 96, 1-2.5-6.11-12

    L-Evanġelju: Ġwanni 20, 2-8

  • Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa: Filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.  Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor il-maħbub ta’ Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Diċembru

  • San Stiefnu, l-Ewwel Martri – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 6, 8-10; 7,54-59
    Salm 30

    L-Evanġelju: Mattew 10, 17-22

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Oqogħdu attenti mill-bniedem! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati u jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom; itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani…

  • Kompli aqra »