L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 48, 1-4.9-11
    Salm: 79 (80), 2aċ u 3b. 15-16. 18-19

    L-Evanġelju: Mt 17, 10-13

  • F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien nieżel minn fuq il-muntanja, id-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?”.

    Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 48, 17-19
    Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

    L-Evanġelju: Mattew 11, 16-19

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Inxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajtu lil sħabhom u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!”.

    Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu: “Għandu fih xitan”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 41, 13-20
    Salm: 144 (145), 1 u 9. 10-11.12-13ab

    L-Evanġelju: Mattew 11, 11-15

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu.

    Minn żmien Ġwanni l-Battista sal-lum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 40, 25-31
    Salm: 102 (103), 1-2.3-4.8 u 10

    L-Evanġelju: Mattew 11, 28-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.

    Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 40, 1-11
    Salm: 95 (96), 1-2.3 u 10aċ.11-12.13

    L-Evanġelju: Mt 18, 12-14

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu? U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 35, 1-10
    Salm: 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14

    L-Evanġelju: Luqa 5, 17-26

  • Jum fost l-oħrajn Ġesù kien qiegħed jgħallem. Kien hemm bilqiegħda madwaru xi Fariżej u għorrief tal-Liġi li kienu ġew mill-irħula kollha tal-Galilija u l-Lhudija u minn Ġerusalemm. Il-qawwa tal-Mulej kienet fih biex ifejjaq. U ġew xi rġiel iġorru wieħed mifluġ fuq mitraħ; huma bdew ifittxu li jdaħħluh ġewwa u jqegħduhulu quddiemu, iżda minħabba l-folla ma sabux minn fejn setgħu jidħlu bih…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Diċembru

  • It-Tieni Ħadd tal-Avvent Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Baruk 5, 1-9
    Salm: 125 (126), 1-2ab. 2ċd-3.4-5.6
    It-Tieni Qari: Fil 1, 4-6.8-11

    L-Evanġelju: Luqa 3, 1-6

  • Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta’ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka tal-artijiet tal-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta’ Abileni, fiż-żmien meta l-uffiċċju ta’ qassis il-kbir kien f’idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Diċembru

  • It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità

    Qari tal-jum

  • L-Ewwel Qari: Ġen 3, 9-15.20
    Salm: 97, 1-4
    It-Tieni Qari: Efes 1: 3-6.11-12

    L-Evanġelju: Luqa 1: 26-38

  • F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 29, 17-24
    Salm: 26 (27), 1.4.13-14

    L-Evanġelju: Mt 9, 27-31

  • F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien sejjer minn hemm marru warajh żewġ għomja jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ħenn għalina!”. Meta mbagħad daħal id-dar, l-għomja resqu lejh u Ġesù qalilhom: “Temmnu intom li jien nista’ nagħmlu dan?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 26, 1-6
    Salm: 117 (118), 1 u 8-9.19-21.25-27a

    L-Evanġelju: Mattew 7, 21.24-27

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mhux kull min jgħidli: “Mulej, Mulej”, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet.

    Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat…

  • Kompli aqra »