L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Novembru

  • Solennità ta’ Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien Kollu Qari tal-Jum
  • L-Ewwel Qari: Dan 7, 13-14
    Salm: 92 (93) 1ab.1ċ-2.5
    It-Tieni Qari: Apok 1, 5-8

    Evanġelju: Ġwanni 18, 33b-37

  • F’dak iż-żmien, Pilatu sejjaħ lil Ġesù u qallu: “Inti s-sultan tal-Lhud?” Ġesù wieġeb: “Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok, jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?” Pilatu wieġeb: “Mela jiena Lhudi? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 11, 4-12
    Salm: 143 (144), 1.2.9-10

    Evanġelju: Luqa 20, 27-40

  • F’dak iż-żmien resqu fuq Ġesù xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub: “Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 10, 8-11
    Salm: 118 (119), 14.24.72.103.111.131

    Evanġelju: Luqa 19, 45-48

  • F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub: “Id-dar tiegħi tkun dar it-talb”. Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin”. U kien jgħallem kuljum fit-tempju.

    Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 5, 1-10
    Salm: 149, 1-2.3-4.5-6a u 9b

    Evanġelju: Luqa 19, 41-44

  • F’dak iż-żmien, Ġesù wasal qrib il-belt ta’ Ġerusalemm u, kif raha, beda jibkiha u jgħid: “Mhux li għaraft imqar int ukoll f’dan il-jum x’inhu ta’ ġid għalik! Imma issa! Dan hu moħbi minn għajnejk!

    Għax għad jiġi żmien fuqek meta l-għedewwa tiegħek idawruk b’rampa u jagħlquk minn kullimkien u jrossu fuqek minn kull naħa; u jġarrfu lilek u lil uliedek fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra, talli ma għaraftx iż-żmien taż-żjara li saritlek”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Novembru

  • Il-Preżentazzjoni tal-Imqaddsa Verġni Marija Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Żakk 2, 14-17
    Salm: Luqa 1, 46-55

    Evanġelju: Mattew 12, 46-50

  • F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk.”

    Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 3, 1-6.14-22
    Salm: 14 (15), 2-3ab.3ċd-4ab.5

    Evanġelju: Luqa 19, 1-10

  • F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 1:1-4; 2:1-5a
    Salm: 1:1-2.3.4 u 6

    Evanġelju: Luqa 18:35-43

  • Waqt li Ġesù kien riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità. Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara. U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret. Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Novembru

  • It-Tlieta u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    Qari tal-jum

  • L-Ewwel Qari: Dan 12:1-3
    Salm: 15 (16):5.8-9-10.11
    It-Tieni Qari: Lhud 10:11-14.18

    Evanġelju: San Mark 13:24-32

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Wara jiem ta’ dwejjaq kbar, ix-xemx tiddallam, il-qamar jitlef id-dija tiegħu, il-kwiekeb jibdew jaqgħu mis-sema, u l-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 3 Ġw 5-8
    Salm: 111 (112), 1-2.3-4.5-6

    Evanġelju: San Luqa 18:1-8

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • Qari I: 2 Ġw 4-9
    Salm: 118 (119), 1.2.10.11.17.18

    Evanġelju: San Luqa 17, 26-37

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem. Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewġu u jżewġu, sa dakinhar li Noè daħal fl-arka; imbagħad ġie d-dilluvju u qeridhom ilkoll. L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu, imma dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma, Alla bagħat xita ta’ nar u kubrit mis-sema u qeridhom ilkoll…

  • Kompli aqra »