L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Ottubru

  • Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Mark 10:2-16 

    F’dak iż-żmien, resqu xi Fariżej lejn Ġesù u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. Weġibhom u qal: “X’ordnalkom Mosè?” Qalulu: “Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha”.

    Imbagħad weġibhom Ġesù: “Minħabba l-ebusija ta’ qalbkom kitbilkom dan l-ordni…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Ottubru

  • San Luqa: 10:17-24 

    F’dak iż-żmien, it-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: “Mulej, ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f’ismek”. U Ġesù qalilhom: “Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa’ bħal berqa mis-sema. Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa tal-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom. Madankollu mhux b’dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis-smewwiet”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ottubru

  • San Luqa 10:13-16 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied. Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom.

    U int, Kafarnahum, taħseb li se togħla sas-sema? Sa ġol-qiegħ għad tinxteħet! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ottubru

  • San Luqa 10:1-12 

    F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ottubru

  • San Luqa 9:57-62 

    F’dak iż-żmien, huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qal lil Ġesù: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar tal-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

    Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja”. Iżda dak wieġbu: “Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ottubru

  • San Mattew 18:1-5.10 

    F’dak iż-żmien: Resqu d-dixxpli lejn Ġesù u staqsewh: “Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, u qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

    U għalhekk l-akbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ottubru

  • San Luqa 9:46-50 

    F’dak iż-żmien, qamet kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni. Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir”.

    Qabeż Ġwanni u qallu: “Mgħallem, rajna wieħed ikeċċi x-xjaten f’ismek, u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Settembru

  • Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Mark 9:38-43.45.47-48 

    F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”. Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Settembru

  • L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel – Festa

    San Ġwann 1:47-51 

    F’dak iż-żmien: Meta Ġesù ra lil Natanel riesaq lejh, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!”

    Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Settembru

  • San Luqa 9:18-22 

    Darba, waqt li Ġesù kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?” Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi”.

    Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla”.

    Imbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan…

  • Kompli aqra »