L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Awwissu

  • San Mattew 19:13-15 

    F’dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom.

    U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”.

    Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Awwissu

  • San Mattew 19:3-12 

    F’dak iż-żmien, resqu fuq Ġesù xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?”. Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal: “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed”? Għalhekk mhumiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Awwissu

  • San Mattew 18:21-19:1 

    F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. 

    U Ġesù wieġbu: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Awwissu

  • L-Imqaddsa Verġni Marija Mtellgħa s-Sema – Solennita’

    San Luqa 1:39-56 

    F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Awwissu

  • San Mattew 18:1-5.10.12-14 

    F’dak il-waqt resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: “Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?”. Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom u qalilhom: “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir. U kull min jilqa’ tfajjel bħal dan minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Awwissu

  • San Mattew 17:22-27 

    F’dak iż-żmien, meta d-dixxipli kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qalilhom: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum”. U huma sewdu qalbhom ħafna. Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?”. “Iva”, qalilhom.

    Meta daħal id-dar, Ġesù, bla ma ħallieh jitkellem, staqsieh: “Int x’jidhirlek, Xmun? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Awwissu

  • Id-Dsatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Ġwann 6:41-51 

    F’dan iż-żmien, il-Lhud bdew igergru fuq Ġesù għax kien qal: “Jiena hu l-ħobż li niżel mis-sema”. U bdew jgħidu: “Dan mhuwiex Ġesù bin Ġużeppi? Lil missieru u ’l ommu ma nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid: ‘Jiena nżilt mis-sema’?”.

    Ġesù weġibhom: “Toqogħdux tgorru bejnietkom. Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Awwissu

  • San Mattew 17:14-20 

    F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed raġel niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b’tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa’ jew fin-nar jew fl-ilma. Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejquh”. Wieġeb Ġesù u qal: “Ja nies bla fidi u ħżiena! Kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Awwissu

  • San Lawrenz, Djaknu u Martri – Festa

    San Ġwann 12:24-26 

    F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja iżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem.

    Jekk xi ħadd irid jaqdini, dan għandu jimxi warajja, u fejn inkun jien, hemm ikun il-qaddej tiegħi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Awwissu

  • Santa Tereża Benedetta tas-Salib – Festa

    San Mattew 25:1-13 

    F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ, iżda wkoll iż-żejt fil-kwies…

  • Kompli aqra »