L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Awwissu

  • San Mattew 17:22-27 

    F’dak iż-żmien, meta d-dixxipli kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qalilhom: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum”. U huma sewdu qalbhom ħafna. Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?”. “Iva”, qalilhom.

    Meta daħal id-dar, Ġesù, bla ma ħallieh jitkellem, staqsieh: “Int x’jidhirlek, Xmun? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Awwissu

  • Id-Dsatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Ġwann 6:41-51 

    F’dan iż-żmien, il-Lhud bdew igergru fuq Ġesù għax kien qal: “Jiena hu l-ħobż li niżel mis-sema”. U bdew jgħidu: “Dan mhuwiex Ġesù bin Ġużeppi? Lil missieru u ’l ommu ma nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid: ‘Jiena nżilt mis-sema’?”.

    Ġesù weġibhom: “Toqogħdux tgorru bejnietkom. Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Awwissu

  • San Mattew 17:14-20 

    F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed raġel niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b’tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa’ jew fin-nar jew fl-ilma. Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejquh”. Wieġeb Ġesù u qal: “Ja nies bla fidi u ħżiena! Kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Awwissu

  • San Lawrenz, Djaknu u Martri – Festa

    San Ġwann 12:24-26 

    F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja iżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem.

    Jekk xi ħadd irid jaqdini, dan għandu jimxi warajja, u fejn inkun jien, hemm ikun il-qaddej tiegħi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Awwissu

  • Santa Tereża Benedetta tas-Salib – Festa

    San Mattew 25:1-13 

    F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ, iżda wkoll iż-żejt fil-kwies…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Awwissu

  • San Mattew 15:21-28 

    F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David! Binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna”. Iżda hu ma weġibhiex kelma.

    Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Awwissu

  • San Mattew 14:22-36 

    Wara li l-folla kielet, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu. Id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Awwissu

  • It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej – Festa

    Saint Mark 9:1-9 

    Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ’l Ġakbu u ’l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu. Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Awwissu

  • It-Tmintax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Ġwann 6:24-35 

    F’dak iż-żmien, in-nies meta ntebħu li fuq id-dgħajsa la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù. U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: “Rabbi, meta ġejt hawn?”.

    Ġesù weġibhom: “Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Awwissu

  • San Mattew 14:1-12 

    F’dak iż-żmien, Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!”. Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha!”. Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh bi profeta…

  • Kompli aqra »