L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 1:1-8
Salm: 95:1-3,7-8a,10

L-Evanġelju: Lq 10:1-9

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom:

“Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom, la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu ’l ħadd… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl – Festa

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22:3-16
Salm: 116:1-2

L-Evanġelju: Mk 16:15-18

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva, iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma l-mirakli li jsieħbu ’l dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:4-17
Salm: 88 (89):4-5,27-28,29-30

L-Evanġelju: Mk 4:1-20

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ beda jgħallem ħdejn il-baħar, u nġabret madwaru kotra kbira, hekk li kellu jitla’ bilqiegħda f’dgħajsa fuq il-baħar, u n-nies kollha l-art matul ix-xatt. U qagħad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ bil-parabboli, u fit-tagħlim tiegħu qalilhom: “Isimgħu. Darba kien hemm bidwi u ħareġ jiżra’. Ġara li hu u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu fil-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom kollha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 6:12b-15,17-19
Salm: 23 (24):7,8,9,10

L-Evanġelju: Mk 3:31-35

F’dak iż-żmien, ġew omm Ġesù u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. Qalulu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk.” U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?”

Imbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 28:1-10
Salm: 15:1-2,5,7-8,11

L-Evanġelju: Mt 25:31-40

«Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred lin-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.

Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 21 ta’ Jannar

It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 3:1-5,10
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,6-7bċ,8-9
It-Tieni Qari: 1 Kor 7:29-31

L-Evanġelju: Mk 1:14-20

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju.”

Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 1:1-4,11-12,19,23-27
Salm: 79 (80):2-3,5-7

L-Evanġelju: Mk 3:20-21

F’dak iż-żmien, Ġesù mar id-dar, u l-kotra reġgħet inġemgħet, hekk li anqas biss setgħu jieklu. Qrabatu, malli semgħu, ħarġu biex iżommuh, għax qalu li tilef moħħu.

Qaddisin tal-jum: San Fabjan, Papa u martri, u San Sebastian, martri Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 24:3-21
Salm: 56 (57):2,3-4,6 u 11

L-Evanġelju: Mk 3:13-19

F’dak iż-żmien, Ġesù tela’ fuq l-għolja u sejjaħ lejh lil dawk li ried. Huma resqu lejh, u għażel tnax li semmiehom appostli biex jibqgħu miegħu u biex jibgħathom jippritkaw, u jkollhom is-setgħa li jkeċċu x-xjaten.

Għażel mela t-Tnax: Xmun, li tah ukoll l-isem ta’ Pietru, u Ġakbu ta’ Żebedew, u Ġwanni, ħu Ġakbu, li tahom ukoll l-isem ta’ Boanerges, jiġifieri wlied ir-ragħad, u Indrì, u Filippu, u Bartilmew, u Mattew, u Tumas, u Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, u Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, dak li ttradieh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 18:6-9; 19:1-7
Salm: 55 (56):2-3,9-10ab,10ċ-11,12-13

L-Evanġelju: Mk 3:7-12

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kulma kien għamel, marru ħdejh.

Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Samuel 17:32-33,37,40-51
Salm: 143 (144):1,2,9-10

L-Evanġelju: Mk 3:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ daħal fis-sinagoga, u kien hemm raġel li kellu idu niexfa. U qagħdu jgħassulu jekk ifejqux f’jum is-Sibt, biex ikollhom fuqiex jixluh. Imma hu qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, ejja fin-nofs”. Imbagħad staqsa lilhom: “X’jiswa li tagħmel nhar ta’ Sibt, ġid jew deni? … Kompli aqra »