L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Lulju

  • L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu

    San Ġwann 19:25-27 

    F’dak iż-żmien: Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala.

    Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek.”

    Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok”. U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Lulju

  • San Mark 6:7-13 

    F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi.

    Qalilhom: “Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Lulju

  • San Mattew 10:24-33 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru! Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Lulju

  • San Mattew 10:16-23 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani.

    Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Lulju

  • San Mattew 10:7-15 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Lulju

  • San Benedittu, Abbati, Patrun tal-Ewropa- Festa

    San Mattew 19:27-29 

    F’dak iż-żmien: Pietru qal lil Ġesù: “Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk, issa x’sa nieħdu?” Ġesù qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq it-tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Israel.

    U kull min iħalli ’l daru jew ’il ħutu jew ’il missieru jew ’l ommu jew ’l uliedu jew ir-raba’ tiegħu minħabba f’ismi, jerġa’ jirċievi kollox għal mitt darba iktar, u jieħu b’sehmu l-ħajja ta’ dejjem.”

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Lulju

  • San Mattew 9:32-38 

    F’dak iż-żmien, in-nies ġabu quddiem Ġesù wieħed imbikkem maħkum mix-xitan. Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!”. 

    Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten”. Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Lulju

  • San Mattew 9:18-26 

    F’dak iż-żmien, resaq lejn Ġesù wieħed mill-kapijiet, inxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix”. Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu.

    Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Imqar jekk immiss il-libsa tiegħu, infiq”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ Lulju

  • San Mark 6:1-6 

    F’dak iż-żmien Ġesù mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh? Dan mhuwiex il-mastrudaxxa bin Marija u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Lulju

  • San Mattew 9:14-17 

    F’dak iż-żmien resqu lejn Ġesù d-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu. 

    Ħadd ma jraqqa’ libsa qadima b’biċċa drapp ġdida, għax inkella r-roqgħa ssellet il-libsa, u t-tiċrita tikber…

  • Kompli aqra »