L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Mejju

  • Il-Ġimgħa tas-Seba’ Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 21:15-19 

    F’dak iż-żmien, Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu. Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?”. Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”. Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi”.

    Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?”. Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Mejju

  • Il-Ħamis tas-Seba’ Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 17:20-26 

    F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Mejju

  • L-Erbgħa tas-Seba’ Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 17:11b-19 

    F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura.

    Imma issa jiena ġej għandek, u qiegħed ngħid dan, kif għadni fid-dinja, biex huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Mejju

  • It-Tlieta tas-Seba’ Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 17:1-11a 

    F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal: “Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu. Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Mejju

  • San Mattija, Appostlu – Festa

    San Ġwann 15:9-17 

    F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jien ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu. Għidtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun fil-milja tiegħu.

    Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Mejju

  • Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Solennità

    San Mark 16:15-20 

    F’dak iż-żmien, Ġesù wera ruħu lill-Ħdax u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Mejju

  • Is-Sibt tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 16:23b-28 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, kulma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.

    Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier. Dakinhar intom titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Mejju

  • Il-Ġimgħa tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 16:20-23a 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Mejju

  • Il-Ħamis tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 16:16-20 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”. Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”, u li: “Jiena sejjer għand il-Missier”?”. Għalhekk qalu: “X’inhu dan il-“ftit ieħor” li hu qiegħed jgħid? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Mejju

  • San Ġorġ Preca – Festa

    San Mark 16:14a.15-20 

    Fl-aħħar Ġesù wera ruħu lill-ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

    U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla…

  • Kompli aqra »