L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Mejju

  • San Ġorġ Preca – Festa

    San Mark 16:14a.15-20 

    Fl-aħħar Ġesù wera ruħu lill-ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

    U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Mejju

  • It-Tlieta tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 16:5-11 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini: “Fejn sejjer?”. Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom.

    U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Mejju

  • It-Tnejn tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 15:26 – 16, 4a 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux.

    Ikeċċukom ’il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Mejju

  • Is-Sitt Ħadd tal-Għid

    San Ġwann 15:9-17 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.

    Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Mejju

  • Is-Sibt tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 15:18-21 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom.

    Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej mhuwiex akbar minn sidu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

  • Il-Ġimgħa tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 15:12-17 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Mejju

  • San Filippu u San Ġakbu, Appostli – Festa

    San Ġwann 14:6-14 

    F’dak iż-żmien: Ġesù qal lil Tumas: “Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux bija. Kieku għaraftu lili, kontu tagħarfu wkoll ’il Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħarfuh u rajtuh.”

    Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġbu: “Ili daqshekk magħkom, u int, Filippu, għadek ma għaraftnix? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Mejju

  • L-Erbgħa tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 15:1-8 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Mejju

  • San Ġużepp Ħaddiem

    San Mattew 13:54-58

    F’dak iż-żmien: Ġesù ġie f’pajjiżu, u daħal jgħallem in-nies fis-sinagoga tagħhom; tant għaġġibhom li bdew jgħidu: “Mnejn kisbu dan il-għerf u dawn l-għeġubijiet? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet mhux kollha fostna qegħdin? Mela mnejn kisbu dan kollu?” U tfixklu minħabba fih. 

    Imma Ġesù qalilhom: “M’hemmx profeta li mhuwiex imweġġah, jekk mhux f’pajjiżu u f’daru stess.” U ma għamilx ħafna mirakli hemmhekk minħabba fin-nuqqas ta’ fidi tagħhom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ April

  • It-Tnejn tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 14:21-26 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi”.

    Ġuda – l-ieħor, mhux l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?”. 

    Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu…

  • Kompli aqra »