L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ April
20/04/2018-
Il-Ġimgħa tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid
San Ġwann 6:52-59
F’dak iż-żmien, il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” .
Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum…