L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 16:1-13
Salm: 88 (89):20,21-22,27-28

L-Evanġelju: Mk 2:23-28

F’dak iż-żmien, f’jum is-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul. U l-Fariżej staqsewh: “Ara! Għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”

U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu!” U qalilhom: “Is-Sibt kien magħmul għall-bniedem, u mhux il-bniedem għas-Sibt… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 15:16-23
Salm: 49 (50):8-9,16bċ-17,21 u 23

L-Evanġelju: Mk 2:18-22

Darba waħda d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej kienu sajmin, u ġew u qalu lil Ġesù: “Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli tal-Fariżej isumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” Qalilhom Ġesù: “Huwa l-ħbieb tal-għarus se jsumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Sakemm ikollhom l-għarus magħhom mhumiex se jsumu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta’ Jannar

It-Tieni Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 3:3b-10,19
Salm: 39(40):2,4ab,7-8a,8b-9,10
It-Tieni Qari: 1 Kor 6:13c-15a,17-20

L-Evanġelju: Ġw 1:35-42

F’dak iż-żmien, Ġwanni kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla.” Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù.

Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?” Iżda huma staqsewh: “Rabbi” – li tfisser, Mgħallem – “fejn toqgħod?” Hu weġibhom: “Ejjew u taraw.” U marru miegħu u raw fejn kien joqgħod, u dakinhar baqgħu miegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 9:1-4,17-19; 10:1a
Salm: 20 (21):2-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Mk 2:13-17

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi u qallu: “Ejja warajja.” Dak qam u mar warajh. U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 8:4-7,10-22a
Salm: 88 (89):16-17,18-19

L-Evanġelju: Mk 2:1-12

Wara xi ġranet Ġesù daħal Kafarnahum. In-nies semgħet li kien id-dar u nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-Kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 4:1-11
Salm: 43 (44):10-11,14-15,24-25

L-Evanġelju: Mk 1:40-45

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!” Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!” U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda.”

Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkien u jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa’ barra fil-kampanja u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 3:1-10,19-20
Salm: 39 (40):2 u 5,7-8a,8b-9,10

L-Evanġelju: Mk 1:29-39

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom.

Filgħaxija, imbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1:9-20
Salm: 1 Sam 2:1,4-5,6-7,8abċd

L-Evanġelju: Mk 1:21b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga ta’ Kafarnahum u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba. Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Jannar

Il-Magħmudija tal-Mulej – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 55:1-11
Salm: Iż 12:2-3,4bċd,5-6
It-Tieni Qari: 1 Ġw 5:1-9

L-Evanġelju: Mk 1:7-11

F’dak iż-żmien, Ġwanni l-Battistakien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu.”

U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Jannar

L-Epifanija tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 60:1-6
Salm: 71 (72):1-2,7-8,10-11,12-13
It-Tieni Qari: Ef 3:2-3a. 5-6

L-Evanġelju: Mt 2:1-12

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh.” Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Messija… Kompli aqra »