L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju ta’ Sibt il-Għid: 31 ta’ Marzu

  • L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

    Solennità – Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid

    San Mark 16:1-7 

    Meta għadda s-Sibt, Marija ta’ Magdala, Marija omm Ġakbu, u Salomi xtraw xi fwejjaħ biex imorru jidilkuh bihom. U kmieni ħafna fl-ewwel jum tal-ġimgħa, kif telgħet ix-xemx marru ħdejn il-qabar. U bdew jgħidu lil xulxin: “Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” Iżda meta ħarsu, raw li l-ġebla kienet imressqa fil-ġenb; kienet ġebla kbira ħafna…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ġimgħa l-Kbira: 30 ta’ Marzu

  • Il-Ġimgħa l-Kbira – Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej

    Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont San Ġwann (18:1-19, 42) 

    F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu. Ġuda, dak li ttradieh, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu. Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand il-qassisin il-kbar u l-fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju ta’ Ħamis ix-Xirka: 29 ta’ Marzu

  • Ħamis ix-Xirka – Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej

    San Ġwann 13:1-15 

    Qabel il-festa tal-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu f’rasu li jittradih…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Marzu

  • San Mattew 26:14-25

    F’dak iż-żmien, wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?”. U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biexjagħtihom lil Ġesù f’idejhom.

    Fl-ewwel jum tal-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek l-ikla tal-Għid?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Marzu

  • It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa

    San Ġwann 13:21-33.36-38

    F’dak iż-żmien, waqt li kien fil-mejda mad-dixxipli tiegħu, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini”.

    Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Marzu

  • It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa

    San Ġwann 12: 1-11 

    Sitt ijiem qabel il-festa tal-Għid, Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, imbagħad ixxttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju ta’ Ħadd il-Palm: 25 ta’ Marzu

  • Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej

    San Mark 14: 1-15.47

    Kien għad baqa’ jumejn għall-Għid u għall-Ażżmi, u l-qassisin il-kbar u l-kittieba bdew ifittxu kif jaqbdu lil Ġesù bil-qerq ta’ moħħhom u jagħtuh il-mewt. Għax bdew jgħidu: “Mhux fil-festa, li ma tqumx xi rewwixta fil-poplu”.

    Ġesù kien qiegħed jiekol għand Xmun il-lebbruż f’Betanja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Marzu

  • San Ġwann 11:45-56 

    F’dak iż-żmien, ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija, oħt Lazzru, u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali. Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Marzu

  • L-Imqaddsa Verġni Marija tad-Duluri 

    San Ġwann 19:25-30

    Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. 

    Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.” Mbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Marzu

  • San Ġwann 8:51-59

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt”. Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid: “Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt”. Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? U l-profeti wkoll mietu…

  • Kompli aqra »