L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5:5-13
Salm: 147:12-13,14-15,19-20

L-Evanġelju: Mk 1:7-11

F’dak iż-żmien, Ġwanni kien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu.”

U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan. U minnufih hu u tiela’ mill-ilma ra s-smewwiet jinfetħu, u l-Ispirtu bħal ħamiema nieżel fuqu; u mis-smewwiet instama’ leħen: “Inti ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi.” Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3:11-21
Salm: 99 (100):2,3,4,5

L-Evanġelju: Ġw 1:43-51

F’dak iż-żmien, Ġesù ddeċieda li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: “Ejja warajja!” Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta’ Indrì u Pietru. Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanjel: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” Filippu wieġbu: “Ejja u ara.”

Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu.” Qallu Natanjel: “Rabbi, int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael!”

Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3:7-10
Salm: 97 (98):1,7-8,9

L-Evanġelju: Ġw 1:35-42

F’dak iż-żmien, Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla!” Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù.

Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?” Iżda huma staqsewh: “Fejn toqgħod, Rabbi?” – li tfisser Mgħallem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Jannar

L-Isem Imqaddes ta’ Alla
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:29 – 3:6
Salm: 97 (98):1,3ċd-4,5-6

L-Evanġelju: Ġw 1:29-34

F’dak iż-żmien, Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja! Dan hu li għalih għedtilkom: ‘Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.’ Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael.”

U Ġwanni xehed għalih u qal: “Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:22-28
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4

L-Evanġelju: Ġw 1:19-28

Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?” Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija.” Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Int Elija?” “M’iniex”, qalilhom. “Int il-Profeta?” “Le,” weġibhom. Imbagħad qalulu: “Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Jannar

L-Imqaddsa Omm Alla Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 6:22-27
Salm: 66 (67):2-3,5,6,8
It-Tieni Qari: Gal 4:4-7

L-Evanġelju: Lq 2:16-21

F’dak iż-żmien, ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja. Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 31 ta’ Diċembru

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 15:1-6; 21:1-3
Salm: 104 (105):1b-2,3-4,5-6,8-9
It-Tieni Qari: Lhud 11:8,11-12,17-19

L-Evanġelju: Lq 2:22-40

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej: “Kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej” – u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċieċen, kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:12-17
Salm: 95 (96):7-8a,8b-9,10

L-Evanġelju: Lq 2:36-40

Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù f’Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej. Kien hemm waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta’ Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba’ snin miżżewġa, u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:3-11
Salm: 95 (96):1-2a,2b-3,5b-6

L-Evanġelju: Lq 2:22-35

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej: “Kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej”, u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċieċen, kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej.

F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5; 2:2
Salm: 123:2-5,7b-8

L-Evanġelju: Mt 2:13-18

Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi sa jfittex lit-tifel biex joqtlu”.

Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemm sal-mewt ta’ Erodi… Kompli aqra »