L-Evanġelju tal-Jum

Il-Vanġelu tal-Jum – 12 ta’ Dicembru u Kelma Għall-Ħajja

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

It-Tielet Ħadd tal-Avvent

“Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?”

Matthew 11,2-11

Ġwanni, li kien fil-ħabs sama’ bl-għemejjel al-Messija, u bagħat għandu tnejn mid-dixxipli tiegħu u  qallu: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” Ġesù wieġeb u qalilhom: “Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta’ dak li qegħdin tisimgħu u taraw: l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, il-lebbrużi jfiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, l-Evanġelju jixxandar ill-foqra… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 11 ta’ Dicembru

Mattew 17,10-13

U d-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?” Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu. Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx, imma ġiebu ruħhom miegħu kif għoġobhom. Hekk ukoll Bin il-bniedem għandu jsofri minnhom.” Mbagħad id-dixxipli fehmu li hu kien qiegħed jgħidilhom għal Ġwanni l-Battista… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Dicembru

Matthew 11,16-19

“Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Nxebbhulil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajjtu lil sħabhom u jgħidu: ‘Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!’Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Għandu fih xitan.’ Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin.’ Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess.”

Il-Qaddisa tal-Jum: Il-Madonna ta’ Loretu Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Dicembru

Mattew 11,11-15

Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu. Minn żmien Ġwanni l-Battista sa llum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha. Għax il-Profeti kollha, u wkoll il-Liġi, ħabbru sa żmien Ġwanni, u, jekk tridu temmnuni,  dan hu Elija li għandu jiġi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Dicembru

It-Tnissil Bla Tebgħa tal-Verġni Marija

Luqa 1,26-38

Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Dicembru

Mattew 18,12-14

“Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq  l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu? U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu. Hekk ukoll, anqas Missierkom li hu fis-smewwiet ma jrid li jintilef wieħed minn dawn iż-żgħar.

Il-Qaddis tal-Jum: San Abroġ, Isqod u Duttur tal-Knisja Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Dicembru

Luqa 5,17-26

Jum fost l-oħrajn Ġesù kien qiegħed jgħallem. Kien hemm bilqiegħda madwaru xi Fariżej u għorrief tal-Liġi li kienu ġew mill-irħula kollha tal-Galilija u l-Lhudija u minn Ġerusalemm. Il-qawwa tal-Mulej kienet fih biex ifejjaq. U ġew xi rġiel iġorru wieħed mifluġ fuq mitraħ; huma bdew ifittxu li jdaħħluh ġewwa u jqegħduhulu quddiemu, iżda minħabba l-folla ma sabux minn fejn setgħu jidħlu bih… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 5 ta’ Dicembru u Kelma għall-Ħajja

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


It-Tieni Ħadd tal-Avvent

Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu

Mattew 3,1-12

F’dawk il-jiem deher Ġwanni l-Battista jippriedka fid-deżert tal-Lhudija u   jgħid: “Indmu, għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Dicembru

Mattew 9,35 – 10,1.6-8

Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Mbagħad qal  lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu.” Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq  l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Dicembru

Mattew 9,27-31

Waqt li Ġesù kien għaddej minn hemm marru warajh żewġ għomja jgħajjtu u jgħidu: “Bin David, ħenn għalina !” Meta mbagħad daħal id-dar, l-għomja resqu lejh u Ġesù qalilhom: “Temmnu intom li jien nista’ nagħmlu dan?” Qalulu: “Iva, Mulej.” Mbagħad messilhom għajnejhom u qal: “Mela ħa jsirilkom skond il-fidi tagħkom.” U għajnejhom infetħulhom. Ġesù widdibhom bis-sħiħ u qalilhom: “Qisu li ħadd ma jsir jaf b’dan.” Iżda dawk ħarġu u bdew ixerrdu l-fama tiegħu ma’ dak il-pajjiż kollu… Kompli aqra »