L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5; 2:2
Salm: 123:2-5,7b-8

L-Evanġelju: Mt 2:13-18

Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi sa jfittex lit-tifel biex joqtlu”.

Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemm sal-mewt ta’ Erodi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Diċembru

San Ġwann, Appostlu u Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:1-4
Salm: 96:1-2.5-6.11-12

L-Evanġelju: Ġw 20:2-8

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa: Filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.

Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor il-maħbub ta’ Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6:8-10; 7:54-59
Salm: 30:3cd-4,6ab,7b,8a,16

L-Evanġelju: Mt 10:17-22

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Oqogħdu attenti mill-bniedem! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati u jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom; itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif sa titkellmu jew x’sa tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu. 

Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Diċembru

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 52:7-10
Salm: 97(98):1,2-3ab,3ċd-4,5-6
It-Tieni Qari: Lhud 1:1-6

L-Evanġelju: Ġw 1:1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Diċembru

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:1-5,8b-12,14a,16
Salm: 89 (89):2-5,27,29
It-Tieni Qari: Rum16:25-27

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

F’dak iż-żmien, Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.”

Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3:1-4,23-24
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,8-9,10 u 14

L-Evanġelju: Lq 1:57-66

F’dak iż-żmien, Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek.”

Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1:24-28
Salm: 1 Sam 2:1.4-5,6-7,8abċd

L-Evanġelju: Lq 1:46-55

F’dak iż-żmien, qalet Marija: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għanja 2:8-14 jew Sof 3:14-18a
Salm: 32 (33):2-3,11-12,20-21

L-Evanġelju: Lq 1:39-45

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet:

“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 7:10-14
Salm: 23 (24):1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mħal 13:2-7,24-25a
Salm: 70 (71):3-4a,5-6ab,16-17

L-Evanġelju: Lq 1:5-25

Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron. It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta’ xejn skont il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej. Ulied ma kellhomx, għax Eliżabetta ma setax ikollha, u t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien… Kompli aqra »