Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Ġunju
28/06/2010
Meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor. Mbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk. ” Imma Ġesù wieġbu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu. ” Ieħor, wieħed mid-dixxipli, qallu: “Mulej, ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.” Ġesù wieġbu: “Imxi warajja, u ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom.” Kompli aqra »
…