L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Diċembru

It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3:9-15,20
Salm: 97:1-4
It-Tieni Qari: Efes 1:3-6,11-12

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimhaNazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet tfisser dik it-tislima… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 26:1-6
Salm: 117 (118):1 u 8-9,19-21,25-27a

L-Evanġelju: Mt 7:21,24-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mhux kull min jgħidli: “Mulej, Mulej”, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet. Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 25:6-10a
Salm: 22 (23):1-3a,3b-4,5,6

L-Evanġelju: Mt 15:29-37

F’dak iż-żmien, Ġesù mar ħdejn il-baħar tal-Galilija; tala’ fuq l-għolja u qagħad bilqiegħda hemm. U bdew resqin lejh ġemgħat kbar ta’ nies, li kellhom magħhom zopop, għomja, persuni b’diżabbiltà, imbikkmin, u ħafna oħrajn; qegħduhomlu f’riġlejh, u hu fejjaqhom, hekk li n-nies kollha baqgħu mistagħġba meta raw l-imbikkmin jitkellmu, l-persuni b’diżabbiltà qawwijin u sħaħ, iz-zopop jimxu u l-għomja jaraw; u bdew jagħtu glorja lil Alla ta’ Iżrael… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 11:1-10
Salm: 71 (72):2,7-8,12-13,17

L-Evanġelju: Lq 10:21-24

F’dak iż-żmien, Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf min hu l-Iben ħlief il-Missier, anqas min hu l-Missier ħlief l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 30:19-21,23-26
Salm: 121 (122):1-2,3-4a,4b-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mt 8:5-11

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq.” Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu.” Qallu ċ-ċenturjun: “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu: ‘Mur!’, u jmur; lil ieħor ngħidlu: ‘Ejja!’, u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu: ‘Agħmel dan!’, u jagħmlu.” Ġesù baqa’ mistagħġeb meta sama’ dan, u qal lil dawk li kienu miexja warajh: “Tassew, ngħidilkom, f’ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Diċembru

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 63:16b-17,19b; 64:2-7
Salm: 79 (80):2aċ,3b,15-16,18-19
It-Tieni Qari: 1 Kor 1:3-9

L-Evanġelju: Mk 13:33-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu għajnejkom miftuħa, ishru, għax ma tafux meta se jasal il-waqt. Jiġri bħal meta bniedem ikun siefer u telaq mid-dar, iħalli kollox f’idejn il-qaddejja tiegħu, kull wieħed fuq xogħlu, u lil tal-bieb jordnalu biex jibqa’ jishar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 7:15-27
Salm: Dan 3:82,83,84,85,86,87

L-Evanġelju: Lq 21:34-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 7:2-14
Salm: Dan 3:75,76,77,78,79,80,81

L-Evanġelju: Lq 21:29-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra. Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib. Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib.

Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Novembru

Sant’Andrija, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 10:9-18
Salm: 18:2-5

L-Evanġelju: Mt 4:18-22

F’dak iż-żmien: Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, Ġesù lemaħ żewġ aħwa, Xmun, jgħidulu Pietru, u Indrì ħuh, qegħdin ikalaw ix-xbiek il-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin.”

U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh. Wara li mexa minn hemm, ra żewġ aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom, Żebedew, iħejju x-xbiek tagħhom; u sejħilhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 5:1-6,13-14,16-17,23-28
Salm: Dan 3:62,63,64,65,66,67

L-Evanġelju: Lq 21:12-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih… Kompli aqra »