L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 18:14-16; 19:6-9
Salm: 104 (105):2-3,36-37,42-43

L-Evanġelju: Lq 18:1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd. F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu: ‘Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi.’

Hu ma riedx, u dam ħafna hekk; iżda mbagħad bejnu u bejn ruħu qal: ‘Mhux għax nibża’ minn Alla jew għax se nħabbel rasi min-nies, imma għallinqas għax din l-armla dejqitni; ħa nagħmlilha ħaqq, biex ma tibqax ġejja u sejra sa ma tifnini.’”

U l-Mulej qal: “Isimgħu ftit x’jgħid l-imħallef il-ħażin… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 13:1-9
Salm: 18:2-3,4-5

L-Evanġelju: Lq 17:26-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem. Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewġu u jżewġu, sa dakinhar li Noè daħal fl-arka; imbagħad ġie d-dilluvju u qeridhom ilkoll.

L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu, imma dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma, Alla bagħat xita ta’ nar u kubrit mis-sema u qeridhom ilkoll… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 7:22 – 8:1
Salm: 118 (119):89,90,91,130,135,175

L-Evanġelju: Lq 17:20-25

F’dak iż-żmien, il-Fariżej staqsew lil Ġesù meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru; lanqas ħadd ma hu se jgħid: “Arawha, hawn”, jew: “Hemm”, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda!”

Lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Għad jiġi żmien meta tkunu tixtiequ taraw jum wieħed minn żmien Bin il-bniedem u ma tarawhx… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 6:1-11
Salm: 81 (82):3-4,6-7

L-Evanġelju: Lq 17:11-19

Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, mgħallem, ikollok ħniena minna!” Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom lill-qassisin.”.U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 2:23 – 3:9
Salm: 33 (34):2-3,16-17,18-19

L-Evanġelju: Lq 17:7-10

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu: ‘Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel?’, jew: ‘Lestili x’niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int?’. Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 1:1-7
Salm: 138 (139):1-3,4-6,7-8,9-10

L-Evanġelju: Lq 17:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin.

Oqogħdu attenti! Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Novembru

It-Tnejn u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 6:12-16
Salm: 62 (63):2,3-4,5-6,7-8
It-Tieni Qari: 1 Tes 4:13-18

L-Evanġelju: Mt 25:1-13

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 16:3-9,16,22-27
Salm: 144 (145):2-3,4-5,10-11

L-Evanġelju: Lq 16:9-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 15:14-21
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4

L-Evanġelju: Lq 16:1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu: ‘Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont tal-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi.’

L-amministratur bejnu u bejn ruħu qal: ‘Issa x’sejjer nagħmel, ladarba sidi se jneħħini mill-amministrazzjoni? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Novembru

Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 47:1-2,8-9,12
Salm: 45:2-3,5-6,8-9

L-Evanġelju: Ġw 2:13-23

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed u lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom:
«Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!» Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.”

Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: «X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?»
Ġesù weġibhom: «Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.» Għalhekk il-Lhud qalulu: «Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?» Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu… Kompli aqra »