L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 3:21-30
Salm: 129 (130):1-2,3-4b,4ċ-6

L-Evanġelju: Lq 11:47-54

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ħażin għalikom! Intom tibnu l-oqbra tal-profeti li qatlu missirijietkom, u b’hekk tagħtu xhieda ta’ kulma għamlu missirijietkom u turu li taqblu magħhom, għax huma qatluhom u intom tibnulhom l-oqbra.

Kien għalhekk li l-Għerf ta’ Alla qal: “Jien nibagħtilhom profeti u appostli, u huma joqtlu u jippersegwitaw lil xi wħud minnhom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ottubru

San Luqa, Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 4:10-17b
Salm: 144:10-13,17-18

L-Evanġelju: Lq 10:1-9

F’dak iż-żmien: il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sa jmur hu.

U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 1:16-25
Salm: 18 (19):2-3,4-5

L-Evanġelju: Lq 11:37-41

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel. Daħal għandu u qagħad bilqiegħda. Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skont ir-riti ta’ qabel l-ikel.

U l-Mulej qallu: “U issa intom il-Fariżej! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, iżda minn ġewwa intom mimlija bis-serq u l-ħażen… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 1:1-7
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4

L-Evanġelju: Lq 11:29-32

F’dak iż-żmien, meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel. F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Ottubru

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 25:6-10a
Salm: 22 (23):1-3a,3b-4,5-6
It-Tieni Qari: Fil 4:12-14,19-20

L-Evanġelju: Mt 22:1-14

F’dak iż-żmien, lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: “Is-saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoel 4:12-21
Salm: 96 (97):1-2,5-6,11-12

L-Evanġelju: Lq 11:27-28

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!”. Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!”

Qaddis tal-jum: San Kallistu, Papa u martri Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoel 1:13-15; 2:1-2
Salm: 9:2-3,6 u 16,8-9

L-Evanġelju: Lq 11, 15-26

F’dak iż-żmien, wara li Ġesù keċċa xitan, xi wħud qalulu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema. Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3:13-20a
Salm: 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Lq 11:5-13

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f’nofs ta’ lejl u jgħidlu: “Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x’nagħtih”. U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu: “Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 4:1-11
Salm: 85 (86):3-4,5-6,9-10

L-Evanġelju: Lq 11:1-4

Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”.

U qalilhom: “Meta titolbu, għidu: Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum. U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 3:1-10
Salm: 129 (130):1-2,3-4ab,7-8

L-Evanġelju: Lq 10:38-42

F’dak iż-żmien, huma u mexjin, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? … Kompli aqra »