L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 1,1 – 2:1,11
Salm: Ġona 2:2,3,4,5,8

L-Evanġelju: Lq 10:25-37

F’dak iż-żmien, iqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrab lil Ġesù staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”. Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?”. U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ Ottubru

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 5:1-7
Salm: 79 (80):9,12,13-14,15-16,19-20
It-Tieni Qari: Fil 4:6-9

L-Evanġelju: Mt 21:33-43

F’dak iż-żmien Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Bar 4:5-12,27-29
Salm: 68 (69):33-35,36-37

L-Evanġelju: Lq 10:17-24

F’dak iż-żmien, it-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: “Mulej, ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f’ismek”. U hu qalilhom: “Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa’ bħal berqa mis-sema. Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa tal-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Bar 1:15-22
Salm: 78 (79):1-2,3-5,8,9

L-Evanġelju: Lq 10:13-16

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied. Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom.

U int, Kafarnahum, taħseb li se togħla sas-sema? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Neħ 8, 1-4a. 5-6. 7b-12
Salm: 18 (19), 8.9.10.11

L-Evanġelju: Lq 10, 1-12

F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Neħ 2:1-8
Salm: 136 (137):1-2,3,4-5,6

L-Evanġelju: Lq 9:57-62

F’dak iż-żmien, huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qal lil Ġesù: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”.

U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar tal-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 8:20-23
Salm: 86 (87):1-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Lq 9:51-56

Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, Ġesù b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm. Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: “Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 23:20-23a
Salm: 90:1-6,10-11

L-Evanġelju: Mt 18:1-5,10

F’dak iż-żmien: Resqu d-dixxpli lejn Ġesù u staqsewh: “Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, u qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

U għalhekk l-akbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta’ Ottubru

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 18:25-28
Salm: 24 (25):4-5,6-7,8-9
It-Tieni Qari: Fil 2:1-11

L-Evanġelju: Mt 21:28-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu: “Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli”.

U dak qallu: “Ma rridx”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 2:5-9,14-15a
Salm: Ġer 31:10,11-12ab,13

L-Evanġelju: Lq 9:43b-45

F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem dan il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin”.

Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal… Kompli aqra »