L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 3:1-13
Salm: 100 (101:1-2ab,2ċd-3ab,5,6

L-Evanġelju: Lq 7:11-17

F’dak iż-żmien, Ġesù mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies. Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt. Kif raha l-Mulej tħassarha u qalilha: “Tibkix!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 2:1-8
Salm: 27 (28):2,7,8-9

L-Evanġelju: Lq 7:1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù, 1meta spiċċa jgħid lin-nies kulma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum. U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u wasal fl-aħħar. Iċ-ċenturjun sama’ b’Ġesù u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej. Dawk marru quddiem Ġesù u bdew jitolbuh b’ħerqa kbira u jgħidulu: “Jixraqlu li tagħmillu dan, għax hu jgħożż il-ġens tagħna, u kien hu li bnielna s-sinagoga”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Settembru

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 27:30 – 28:7
Salm: 102 (103):1-2,3-4,9-10,11-12
It-Tieni Qari: Rum 14:7-9

L-Evanġelju: Mt 18:21-35

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlekx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Settembru

Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri – Tifkira
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 5:7-9
Salm: 30:2-6,15-16,20

L-Evanġelju: Ġw 19:25-27

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù, ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek”. Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Settembru

L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Numri 21:4b-9
Salm: 77:1-2,34-38
It-Tieni Qari: Fil 2:6-11

L-Evanġelju: Ġw 3:13-17

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. U kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 3:1-11
Salm: 144 (145):2-3,10-11,12-13ab

L-Evanġelju: Lq 6:20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla. Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Henjin intom li għalissa tibkbu, għax għad tithennew. Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 2:6-15
Salm: 144 (145):1-2,8-9,10-11

L-Evanġelju: Lq 6:12-19

Mela darba fost l-oħrajn Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 1:24 – 2:3
Salm: 61 (62):6-7,9

L-Evanġelju: Lq 6:6-11

F’jum is-Sibt Ġesù daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. Kien hemm raġel li kellu idu l-leminija niexfa. Il-kittieba u l-Fariżej kienu moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt, ħalli b’hekk isibu fuqiex jixluh.

Iżda hu għaraf ħsibijiethom, u qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, u oħroġ fin-nofs!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Settembru

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 33:7-9
Salm: 94 (95):1-2,6-7,8-9
It-Tieni Qari: Rum 13:8-10

L-Evanġelju: Mt 18:15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kull ma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 1:21-23
Salm: 53 (54):3-4,6 u 8

L-Evanġelju: Lq 6:1-5

Ġara li darba s-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”

Qabeż Ġesù u weġibhom: “Anqas dan ma qrajtu, x’għamel David meta ħadu l-ġuħ, huwa u dawk li kienu miegħu? … Kompli aqra »