L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Settembru

It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mikea 5:1-4a
Salm: 12:6
It-Tieni Qari: Rum 8:28-30

L-Evanġelju: Mt 1:1-16,18-23

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, Bin David, bin Abraham. Abraham nissel ’l Iżakk, Iżakk nissel ’il Ġakobb, Ġakobb nissel ’il Ġuda u ’l ħutu, Ġuda nissel ’l Aram, Aram nissel ’il Għaminadab, Għaminadab nissel ’il Naħson, Naħson nissel ’il Salmon, Salmon nissel ’il Bogħoż, minn Raħab, Bogħoż nissel ’il Għobed, minn Rut, Għobed nissel ’il Ġesse… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 1:9-14
Salm: 97 (98):2-3ab,3ċd-4,5-6

L-Evanġelju: Lq 5:1-11

Darba l-kotra bdiet tross fuq Ġesù biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ’il barra mill-art; imbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 1:1-8
Salm: 51 (52):10,11

L-Evanġelju: Lq 4:38-44

F’dak iż-żmien, Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom.

Hija u nieżla x-xemx, dawk kollha li kellhom il-morda, kien x’kien il-mard tagħhom, ħaduhomlu quddiemu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 5:1-6,9-11
Salm: 26 (27):1,4,13-14

L-Evanġelju: Lq 4:31-37

F’dak iż-żmien, Ġesù niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa.

U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 4:13-18
Salm: 95 (96):1 u 3,4-5,11-12,13

L-Evanġelju: Lq 4:16-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja, irrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar is-sena tal-grazzja tal-Mulej”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Settembru

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 20:7-9
Salm: 62 (63):2,3-4,5-6,8-9
It-Tieni Qari: Rum 12:1-2

L-Evanġelju: Mt 16:21-27

F’dak iż-żmien, Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.

Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: “Allaħares, Mulej! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 4:9-11
Salm: 97 (98):1,7-8,9

L-Evanġelju: Mt 25:14-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal din il-parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skont il-ħila tiegħu. U siefer. Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala’ ħamsa oħra… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 4:1-8
Salm: 96 (97):1 u 2b,5-6,10,11-12

L-Evanġelju: Mt 25:1-13

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 3:7-13
Salm: 89 (90):3-4,12-13,14 & 17

L-Evanġelju: Mt 24:42-51

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 2:9-13
Salm: 138 (139):7-8,9-10,11-12ab

L-Evanġelju: Mt 23:27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ! Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen! … Kompli aqra »