L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 20 ta’ Awwissu

L-Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 56:1,6-7
Salm: 66 (67):2-3,5,6,8
It-Tieni Qari: Rum 11:13-15,29-32

L-Evanġelju: Mt 15:21-28

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna!”. Iżda hu ma weġibhiex kelma… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġożwè 24:14-29
Salm: 15 (16):1-2a u 5,7-8,11

L-Evanġelju: Mt 19:13-15

F’dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom.

U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”. Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoż 24:1-13
Salm: 135 (136):1-3,16-18,21-22 u 24

L-Evanġelju: Mt 19:3-12

F’dak iż-żmien, resqu fuq Ġesù xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?”. Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal: “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġożwè 3:7-10a,11,13-17
Salm: 113A (114) :1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Mt 18:21 – 19:1

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. U Ġesù wieġbu: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 34:1-12
Salm: 65 (66):1-3a,5 u 16-17

L-Evanġelju: Mt 18:15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kulma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Awwissu

L-Imqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 11:19a; 12:1-6a,10ab
Salm: 44:10bc,11-12ab,16
It-Tieni Qari: 1 Kor 15:20-26

L-Evanġelju: Lq 1:39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 10:12-22
Salm: 147:12-13,14-15,19-20

L-Evanġelju: Mt 17:22-27

F’dak iż-żmien, meta kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum.” U huma sewdu qalbhom ħafna. Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?” “Iva,” qalilhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Awwissu

Id-Dsatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 19:9a.11-13a
Salm: 84 (85):9ab-10,11-12,13-14
It-Tieni Qari: Rum 9:1-5

L-Evanġelju: Mt 14:22-33

Wara lin-nies kielu u xebgħu, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 6:4-13
Salm: 17 (18):2-3a,3bċ-4,47 u 51ab

L-Evanġelju: Mt 17:14-20

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed raġel niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b’tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa’ jew fin-nar jew fl-ilma. Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejquh”. Wieġeb Ġesù u qal: “Ja nies bla fidi u ħżiena! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 4:32-40
Salm: 76 (77):12-13,14-15,16,21

L-Evanġelju: Mt 16:24-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.

Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? … Kompli aqra »